Bdil fil-fixtures tal-Kampjonat BOV Premier tal-11 ta’ Frar 2013

Saturday, February 2, 2013, 13:57

Il-Malta Football Association tavża li l-partiti mill-Kampjonat BOV Premier tal-11 ta’ Frar 2013 bejn Hamrun Spartans u Birkirkara fis-6.00pm u Valletta u Floriana fit-8.00pm, tmexxew għall-Erbgħa 13 ta’ Frar 2013, fl-istess ħin.

 

L-MFA tavża li dawn il-passi ttieħdu bi ftehim mal-Pulizija ta’ Malta peress li f’dawn il-ġranet għandha mpenji oħra bil-festi tal-karnival u minħabba xogħol ieħor konness mal-Elezzjoni Ġenerali u l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

 

Minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ u maniġġjar tat-traffiku fil-Belt Kapitali u fil-Floriana, il-Pulizija mhix f’pożizzjoni li tipprovdi sigurta’ għal dawn il-partiti





Leave a comment