- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Basketball:Nominazzjoni fit-tieni fazi Ewropeja għal referi lokali

Posted By Sportinmalta On January 28, 2016 @ 8:00 pm In Basketball,Featured | No Comments

Gavin Muscat

Matul din l-ewwel ġimgħa tas-sena l-ġdida, ir-referi nternazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat f’partita ewropeja tal-klabbs wara li rċieva nominazzjoni oħra mill-FIBA.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 6 ta’ Jannar, Vassallo se jkun involut fil-partita valida minn Grupp V tal-FIBA Europe Cup li se tintlagħab fil-Kithion Centre bejn AEK u t-Taljani Varese.

Vassallo kien ferm attiv qabel il-waqfa għall-festi b’seba’ partiti rispettivi ewropej, inkluż żewġ partiti ta’ timijiet nazzjonali mill-kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2017.

Il-partita ta’ din il-ġimgħa hi mit-tieni fażi ta’ l-ahhar 32. AEK, immexxija mill-istilla tagħhom iċ-ċentru ta’ 7’1 Primoz Brezec, li lagħab tmien staġuni fl-NBA u anke sena ġewwa Ruma, se jippruvaw iwaqqfu lil Varese li minn naħa tagħhom ukoll għandhom elementi ex-NBA bħal Brandon Davies u Maalik Wayns waqt li l-ġimgħa li għaddiet reġgħu ngaġġaw lill-veteran Kristjan Kangur.

Bħala uffiċjali għall-partita ta’ din il-ġimgħa, minbarra Vassallo, se jkun hemm Omer Esteron (Iżrael) u Mehdi Difallah (Franza).


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/basketballnominazzjoni-fit-tieni-fazi-ewropeja-ghal-referi-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.