Basketball:Aktar nominazzjonijiet għal Bernard Vassallo

Saturday, November 7, 2015, 11:15

Gavin Muscat

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo rċieva aktar nominazzjonijiet mill-FIBA wara li ġimgħa ilu huwa rreffja l-partita missielta bejn Nantes u Namur li ġiet deċiża wara l-ħin barrani 88-84 favur il-Franċiżi.

Fil-fatt din il-ġimgħa, huwa se jmur l-Italja għal żewġ partiti rsipettivi. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Novembru, huwa se jikkontrolla l-logħba ġewwa l-Pala Taliercio ta’ Grupp H mill-FIBA EuroCup bejn Reyer Venezia u l-Ungeriżi Pecs. L-għada, il-Ħamis 5 ta’ Novembru, Vassallo se jikkontrolla l-partita ta’ Grupp A mill-FIBA EuroLeague bejn Schio u l-Ispanjoli Salamanca.

Bħala uffiċjali għal dawn il-logħbiet, Vassallo se jkollu miegħu lil Jasmin Juras (Serbja) u Georgios Poursanidis (Greċja).

Referee Bernard Vassallo





Leave a comment