- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Basketball: Nominazzjoni internazzjonali għal Gordon Barbara

Posted By Sportinmalta On November 20, 2016 @ 1:34 pm In Basketball,Featured | No Comments

Gavin Muscat

Ir-referi lokali tal-basketball Gordon Barbara rċieva nominazzjoni mill-FIBA għal dawn il-ġranet li ġejjin.

Fil-fatt, nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru, huwa se jmur Kraljevo fis-Serbja fejn se jkun involut fil-partita valida minn Grupp D tal-FIBA EuroBasket tan-nisa bejn is-Serbja u l-Lussemburgu.

Din hija l-aħħar ġimgħa ta’ logħob mill-gruppi fejn is-Serbja huma komdi fil-quccata tal-klassifika tal-grupp wara li ghelbu lil Ġermanja fl-aħħar partita waqt li l-Lussemburgu għadhom qed ifittxu l-ewwel success.

Bħala uffiċjali għal din il-partita, Barbara, se jkollu miegħu lil Ozlem Yalman (Turkija) u Erion Hoxhaj (Albanija).

 

Gordon Barbara


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/basketball-nominazzjoni-internazzjonali-ghal-gordon-barbara/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.