Basketball Nisa – Rebħiet kbar minn Hibs, Luxol u Depiro

Thursday, October 14, 2010, 14:42

minn Colin Schembri

St. Andrews 42
Guzelpinar Imtarfa 2232
(14-2)(7-12)(10-5)(11-3)

Bidu qawwi minn St. Andrews kien strumentali għalijhom biex issetjaw il-logħba favur tagħhom. Fil-fatt huma bdew b’run ta’ 10-0 qabel ma Mtarfa wieġbu permezz ta’ basket minn Carina Gauchi Meilak. St. Andrews għamlu l-aħħar żewġ baskets u temmew l-ewwel sessjoni 14-2. Mtarfa bdew aħjar fit-tieni sessjoni u bdew b’run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Gaby Mifsud u naqqsu d-distakk għal 5 punti 15-10. St. Andrews ukoll wieġbu bi trippla Josette Calleja u sall-halftime kien hemm seba’ punti jifirdu liż-żewġ timijiet 21-14 favur is-Saints.

Fit-tielet perjodu St. Andrews reġgħu għamlu run ta’ 8-0 f’sessjoni ta’ skor baxx biex fetħu vantaġġ ta 12-il punt 31-19. L-aħħar perjodu kien nettament f’idejn ir-rebbieħa minkejja li Mtarfa bdewh bi trippla Diane Falzon. Dawn kienu l-aħħar punti tagħhom bis-Saints jagħmlu l-ħdax ta’ wara u l-partita ntemmet bi skor ta 42-22 għalihom.

St. Andrews: M. Caruana 2, R. De Martino, J. Calleja 10, N. Scicluna 2, I. Galea, E. Cachia 6, J. Mangion 7, R. Magro, T. Pace Decesare, M. De Martino 8

Guże’ Pinar Imtarfa: M. Abela , D. Falzon 7, Y. Muscat, C. Gauchi Meilak 9, M. Mifsud, M. Agius, N. Said 3, R. Sammut, F. Borg , M. Scicluna, G. Mifsud 3, C. Tanti

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly.

Joselle Cardona

Joselle Cardona - Photo by Malcolm Sammut

Athleta 35
Hibs Medsea 74

(14-17)(9-20)(6-16)(6-21)

Iċ-champions Hibs Medsea kellhom wirja oħra tajba biex kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat. L-aħjar three pointer tal-istaġun li għadda Kirsten Micallef kompliet fejn ħalliet l-istaġun li għadda b’21 punt kollha minn three pointers. Fil-bidu Athleta kienu aħjar tant li marru 7-4 minn fuq. Pero’ Hibs malajr ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 9-0 bl-ewwel trippla ta’ Micallef u temmew is-sessjoni 17-14 minn fuq. Iktar three pointers minn Micallef komplew jaraw lil Hibs jinqatgħu mill-avversarji u basket ta’ Elena Cassar poġġihom 10 minn fuq 27-17. Sal-halftime huma komplew ikabbru l-vantaġġ għall-14-il punt 37-33.

Wara l-mistrieħ, iċ-champions komplew fejn ħallew bill-punti ta’ Joselle Cardona f’run oħra ta’ 7-0. Kienet Leanne Sciberras li waqqfitilhom din ir-run għalkemm Cardona u l-captain Bezzina flimkien ma Nadia Arrigo reġgħu għamlu l-punti għal Hibs bi skor ta 53-29. FL-aħħar sessjoni kienu ż-żgħażagħ ta’ Hibs li wkoll bdew jagħmlu l-punti bi trippla ta’ Emma Micallef tiftaħ vantaġġ ta’ 28 punt għal Hibs. Fl-aħħar ħinijiet ġew iktar trippli minn Micallef u Bezzina u Hibs rebħu l-partita 74-35.

Athleta: R, Sciberras, L, Pace, N. Barry, L. Calleja 10, L. Sciberras 15, M. Azzopardi Duca,  M. Azzopardi, C. Galea 2, F. Farrugia 2, K. Busuttil 2, C. Mifsud 4

Hibs Medsea: E. Micallef 5, E. Cassar 6, M. Zammit, L. Bezzina 10, F. Tabone 3, D. Micallef 4, A. Darmanin 4, N. Arrigo 10, K. Micallef 21, J. Cardona 11

Referees: Clive Terribile, Brian Sly.

Starlites Sports Experience 27
Luxol 76

(4-22)(13-11)(4-18)(6-25)

Luxol wieġbu għar-rebħa tall-Hibs b’rebħa kbira fuq Starlites Sports Experience. Huma malajr urew l-intenzjonijiet tagħhom hekk kif għamlu l-ewwel 18-il punt tal-logħba u sa tmiem l-ewwel sessjoni kienu 18 minn fuq 22-4. Fit-tieni perjodu Starlites marru aħjar u anke’ sabu break qasir ta’ 6-0 li bih naqqsu d-distakk għal 13-il punt 26-13. Luxol wieġbu bl-ewwel trippla ta’ Beverlee Zammit u daħlu jistrieħu 33-17 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Luxol għamlu żewg baskets oħra u trippla oħra ta’ Zammit b’Marylou Cutajar twieġeb għal Starlites. Luxol pero’ għalqu s-sessjoni b’run oħra qawwija ta’ 11-0. L-aħħar perjodu fetaħ b’żewġ baskets minn Starlites bil-Luxol jirrispondu bi 18-il punt mingħajr risposta b’iktar three pointers minn Zammit u Steffi De Martino. Huma għalqu l-partita b’run oħra ta’ 7-0 għal rebħa fa`li ta’ 76-27.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo, A. Grixti 2, S. Tabone 2, L. Pisani, C. Spiteri 7, S. Davies, L. Pirotta 6, N. Attard 2, C. Scicluna, M. Cutajar 8

Luxol: E. Moore 8, M. Sciortino 12, L. Serge 2, B. Naudi 7, K. Portelli 2, S. De Martino 14, P. Ellul 2, T. De Martino 2, L. Chetchuti, E. Grech 6, B. Zammit 21

Referees: Brian Sly, Jennifer Mangani.

Alyssa Ashley Loyola 46
McDonalds Depiro 72

(7-17)(7-17)(5-27)(27-17)

McDonalds Depiro wkoll wieġbu għar-rebħiet kbar ta’ Hibs u Luxol meta għelbu lil Alyssa Ashley Loyola 78-46. Il-partita kellha bidu pjuttost kwiet fejn f’nofs l-ewwel sessjoni Depiro kienu 5 minn fuq 10-5. Fl-aħħar minuti huma għamlu 5 punti mingħajr risposta u temmew is-sessjoni 17-7 minn fuq. Depiro komplew iżidu d-distakk fit-tieni perjodu fejn wara li trippla ta’ Busuttil Gaerty ġiet imwieġba b’basket ta’ Fiona Schembri huma għamlu run qawwija ta’ 14-3 u fill-half time kienu 20 minn fuq 34-14.

Fit-tielet perjodu l-coach ta’ Depiro Brian Mifsud adotta sistema ta’ press kontinwu u din ħalliet il-frott mixtieq. Depiro ma bdewx jagħtu ċans lill-avversarji jorganizzaw il-logħba tagħhom u għamlu break ta’ 19-2 għal skor ta’ 61-19 favurhom fit-tmiem it-tielet sessjoni. Fl-aħħar perjodu kien hemm spazju għall-players ta’ fuq il-bank u Loyola approfittaw u għamlu run ta’ 17-1 biex ġabu l-iskor aktar aċċetabbli. L-aħħar punti għal Depiro waslu minn Justine Xuereb għal skor finali ta 46-78.

Alyssa Ashley Loyola: J. Doughty 7, M. Gatt, E. Falzon 7. F. Schembri 4, G. Torpiano, R. Spiteri 16, F. Camilleri 3, S.J. Barbara 3. K. Gouder 2

McDonalds Depiro: S. Pace 9, J. Xuereb 2, A. Mifsud 4, M. Bonett 1, F. Biancho 6, J. Busuttil Gaerty 3, A. Borg 17, C. Sammut 5, E. Vella, S. Micallef 9, K. Agius 22

Referees: Jean Paul Sammut, Stephen Micallef





Leave a comment