Basketball Nisa: Hibs u Luxol jikkonfermaw

Friday, October 8, 2010, 15:51

minn Colin Schembri 

Luxol 78
St. Andrews 32

(21-2)(18-14)(17-9)(22-7)

Luxol taw prova ċara li se jerġħu għal darb’oħra jisfidaw għall-unuri. Vera li jridu nistennew oppożizzjoni iktar qawwija minn din tal-ewwel logħba pero fatt utli għal-coach Val Drury hu li issa għandu skwadra ta’ 12-il player li tista’ wkoll tiżdied. Luxol kellhom ir-ritorn  ta’ Louisa Serge , Julienne Attard u Emma Grech fost l-oħrajn fil-waqt li St. Andrews kellhom lil Renette Magro għall-ewwel darba.

Wara żewġ baskets minn Emma Moore għall-Luxol, Nadia Cassar wieġbet għas-Saints. Pero dan kien l-ewwel u l-aħħar basket ta’ St. Andrews f’din is-sessjoni għax Luxol għalqu s-sessjoni b’run ta 17-0 li bdewha bi trippla ta’ Zammit. Fit-tieni perjodu Luxol għamlu break inizjali ta’ 5-0 qabel ma wieġbu St. Andrews b’run ta 11-0 b’Val Drury jagħjjat time-out. Dan serva ta’ ġid għall-Luxol li għamlu 9 punti mingħajr risposta u daħlu jistrieħu 39-16 minn fuq.

Three pointer fuq kull naħa fetaħ it-tielet sessjoni u mbagħad reġgħu kienu l-Luxol li żiedu l-vantaġġ b’run oħra ta’ 12-0. Josette Calleja għamlet l-aħħar żewġ baskets għal St. Andrews għal skor ta’ 56-25. Bil-partita relattivament magħluqa l-aħħar sessjoni serviet biex Luxol ikomplu jinqatgħu mill-avversarji speċjalment wara run ta’ 13-0. Huma għalqu l-partita bit-tielet trippla ta’ Zammit għal skor finali ta’ 78-32.

Luxol: E. Moore 17, M. Sciortino 6, L. Serge 2, B. Naudi 16, K. Portelli 1, S. De Martino 10, J. Attard 5, P. Ellul 6, D. Muscat 4, L. Chetchuti, E. Grech, B. Zammit 11

St. Andrews: R. De Martino, N. Cassar 2, J. Calleja 15, N. Scicluna, R. Magro, M. Caruana, J. Mangion 4, T. Pace Decesare. I. Galea 3, M. De Martino

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile

Ġuze Pinar Imtarfa 20
Loyola Alyssa Ashley 54

(10-6)(3-14)(12-17)(5-17)

It-team ġdid ta’ Ġuze Pinar Imtarfa b’taħlita ta’ players zgħażagħ ta’ Depiro u players li rritornaw fil-logħba fetħu l-impenji tagħħom b’logħoba kontra Loyola Alyssa Ashley. Dawn tal-aħħar żammew l-istess team tal-istaġun li għadda.

Loyola kellhom l-aħjar bidu biex marru 5-0 minn fuq pero’ trippla ta’ Martha Abela u basket ta’ Graziella Santillo ippareġjaw il-partita. Imtarfa baqgħu fuq quddiem sa tmiem is-sessjoni 10-6. Basket ta’ Francesca Borg poġġa lill-Imtarfa 13-8 minn fuq pero’ hawn Loyola għamlu run ta 12-0 u sal-half time kienu 20-13 minn fuq.

Wara l-mistrieħ Loyola komplew fejn ħallew fit-tieni sessjoni u Mtarfa sabu diffikulta  biex jirrispondu. Fil-fatt l-uniku basket tagħhom għamlithu Francesca Borg pero’ Loyola wieġbu b’run oħra ta’ 13-0 u s-sessjoni għalqet b’Loyola fil-vantaġġ 37-15. L-aħħar sessjoni bdiet bit-tieni trippla ta’ Martha Abela għall-Imtarfa pero’ Loyola reġgħu għamlu 6 punti konsekuttivi. L-aħħar basket ta’ Mtarfa sar minn Carina Gauchi Meilak u Loyola għalqu l-partita bi break ieħor ta’ 11-0 u rebħu l-partita 54-20.

Ġuze Pinar Imtarfa: M. Abela 6, Y. Muscat, D. Falzon, C. Gauchi Meilak 7, M. Mifsud, M. Agius, N. Said 3, R. Sammut, F. Borg 2, G. Santillo 2, G. Mifsud, C. Tanti

Loyola Alyssa Ashley: J. Doughty 8, P. Montanaro 2, E. Falzon 4. F. Schembri 5, M. Gatt 6, R. Spiteri 3, A. Bonanno 7, A. Camilleri, A. Sciberras 2, F. Camilleri 4, S.J. Barbara 11. K. Gouder 2.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

McDonalds Depiro 49
Hibs Medsea 60

(15-18)(16-13)(10-15)(8-14)

F’dik li kienet meqjusa bħala l-logħba tal-ġimgħa, ċ-champions Hibs Medsea bi ftit li xejn tibdil mill-istaġun li għadda bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa fuq ir-rivali McDonalds Depiro. Dawn tal-aħħar kellhom bidla fuq il-bank bi Brian Mifsud jieħu post Adrian Mifsud bħala coach. Kaila Agius irritornat għal Depiro kif kien qal il-President tagħhom fill-Malta Basketball Awards.

Kienet l-istess Agius li għamlet l-ewwel punti ta’ Depiro bill-captain ta’ Hibs Lucienne Bezzina tirrispondi. Three pointer ta’ Antoinette Borg poġġa lil Depiro 13-8 minn fuq pero’ sat-tmiem is-sessjoni ic-champions dawwru l-iskor u marru minn fuq 18-15. Fit-tieni perjodu Hibs bdew jinqatgħu mill-avversarji u fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 29-20 pero’ żewġ three pointers minn Depiro reġgħu ressquhom vicin. Depiro komplew għaddejin b’ritmu tajjeb u sall-half time ippareġjaw il-logħba 31-31.

Wara l-mistrieħ Hibs fetħu b’ħames punti konsekuttivi pero Depiro marru fuq quddiem b’żewg three pointers oħra 37-36. Depiro żammew dan il-vantaġġ għal ftit sa kemm ma ntlaqtux minn run ta’ 7-0 minn Hibs. Fl-aħħar perjodu kellhom bidu stupend b’run ta 8-2 bill-captain Bezzina tispikka. Huma fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 54-43 li żammewħ sat-tmiem biex ħargu rebbieħa 60-49.

McDonalds Depiro: S. Pace 10, J. Xuereb, A. Mifsud, M. Bonett, F. Biancho 8, J. Busuttil Gaerthy 3, A. Borg 18, C. Sammut, E. Vella, S. Micallef, K. Agius 8

Hibs Medsea: E. Micallef, E. Cassar 3, M. Zammit, L. Bezzina 22, F. Tabone, D. Micallef 8, A. Darmanin 8, N. Arrigo, K. Micallef 9, J. Cardona 4

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

Starlites Sports Experience 31
Athleta 55

(4-15)(12-13)(10-11)(5-16)

Athleta 2009.10

Athleta 2009.10

Fl-aħħar partita mill-kampjonat tan-nisa fl-ewwel ġurnata Athleta għelbu lil Starlites Sports Experience 55-31. Athleta għal darb’oħra taħt Charles Bonnici fetħu b’run ta 7-0 u sat-tmiem l-ewwel sessjoni kienu diġa’ 15-4 minn fuq. Starlites ppruvaw jagħmlu reazzjoni fit-tieni sessjoni b’punti minn Marie Claire Cilia pero Athleta wieġbu b’run ta’ 5-0. Sal-mistrieħ huma kienu 12 minn fuq 28-16.

Starlites waslu sa 8 punti minn taħt fit-tielet perjodu wara żewġ baskets konsekuttivi minn Samantha Tabone. Pero’ Leanne Sciberras bdiet twieġeb għall-Athleta u sat-tmiem is-sessjoni reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji 39-26. Fl-aħħar perjodu Athleta ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 14-2 biex ikkontrollaw l-aħħar minuti u ħargu rebbieħa 55-31.

Starlites Sports Experience: A. Farrugia, C. Riolo 2, A. Grixti, S. Tabone 10, L. Pisani, C. Spiteri 2, L. Pirotta 6, N. Attard 2, M.C. Cilia 8, C. Scicluna, M. Cutajar

Athleta: R, Sciberras, L, Pace, D, Jager, L. Calleja 12, L. Sciberras 14, M. Azzopardi Duca 6, M.Azzopardi 6, G, Muscat, C. Galea, F. Farrugia 8, K. Busuttil 7, C. Mifsud 2

Referees: Jennifer Mangani, Brian Sly

Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni

VIDA Siġġiewi jibdew b’rebħa faċli

Mellieħa Tritones 50
VIDA Siġġiewi 70

(20-18)(61-18)(9-19)(15-15)

Din il-partita fetħet il-kampjonat tat-Tieni diviżjoni biċ-champions Siġġiewi jippreżentaw diversi uċuh ġodda fosthom JP Antoncic, Ian Terribile, Roderick Mifsud u Noel Falzon. Mellieħa wkoll kellhom players ġodda bħal Oliver Sammut, Jason Sant u Sassoun Saakian.

Wara bidu bilanċjat, Sigġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 3 punti pero’ Mellieħa għamlu run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Sammut u marru 20-18 minn fuq. Siggiewi fetħu t-tieni sessjoni b’7 punti mingħajr risposta u kien Sammut bi trippla oħra waqqaf din ir-run. Pero sal-halftime huma fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 36-26.

Il-vantaġġ ta’ Siġġiewi baqa’ jikber fit-tielet sessjoni b’Terribile jkompli jagħmel diversi baskets. F’nofs is-sessjoni kienu 21 punt minn fuq 52-31. Fl-aħħar perjodu minkejja li Siġġiewi utilizzaw diversi players zgħazagh baqgħu iżidu l-vantaġġ b’run ta’ 12-3 biex rebħu b’distakk ta’ 20 punt 70-50.

Mellieħa: M. Cauchi 8, S. Saakian 20, P. Cauchi, O. Sammut 11, J. Aquilina 6, M. Camilleri 5, J. Sant, E. Farrugia

Vida: P. Vulovic 16, JP. Antonic 10, C. Cassar, A. Debattista, L. Grech 8, A. Borg 2, I. Terribile 19, N. Falzon 2, A. Duncan 7, R. Mifsud 4, G. Agius 2, G. Gauchi Grech

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri





Leave a comment