- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Basketball: Logħba fl-Italja għal Bernard Vassallo

Posted By Sportinmalta On January 19, 2017 @ 7:59 pm In Basketball,Featured | No Comments

Gavin Muscat

Matul din l-ewwel ir-referee internazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew b’partita ġewwa l-Italja.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar, Vassallo se jkun impenjat ġewwa l-Pala Taliercio ta’Venezja fil-konfront validu mill-fażi tal-aħħar sittax tal-FIBA Euro Cup bejn it-tim ospitu Taljan ta’ Reyer Venezia u Maccabi Bnot mill-Iżrael.

Il-partita ta’ ritorn ġewwa l-Iżrael tintlgħab il-ġimgħa d-dieħla.

It-tim ta’ uffiċjali għal din il-partita, minbarra Vassallo, hu kompost minn Petar Denkovski (Macedonja) u Chris Dodds (Renju Unit).

Bernard Vassallo


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/basketball-loghba-fl-italja-ghal-bernard-vassallo/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.