Basketball: Logħba fi Spanja għal Bernard Vassallo

Thursday, December 15, 2016, 20:19

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa r-referee nternazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 14 ta’ Dicembru, Vassallo se jkun impenjat ġewwa l-Arena Gerona fil-konfront validu mis-sitt ġurnata minn Grupp F tal-FIBA Euro Cup bejn it-tim ospitu ta’ Spar Girona u Club Sportivo mill-Portugall.

It-tim ta’ uffiċjali għal din il-partita, minbarra Vassallo, li hu r-referee prinċipali, hu kompost minn Shane Bassett (Ġibilta) u Vincent Delestree (Belġju).

Bernard Vassallo





Leave a comment