Basketball: Impenn ieħor għal Bernard Vassallo

Wednesday, November 30, 2016, 20:16

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa r-referee internazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 30 ta’ Novembru, Vassallo se jkun impenjat ġewwa l-Pavilhao Ponta Delgada ġewwa l-gżejjer Azores fil-konfront validu mir-raba’ ġurnata minn Grupp F tal-FIBA Euro Cup bejn ic-champions Portugiżi Uniao u l-Belġjani ta’ Castors Braine.

Iż-żewġ naħat qegħdin jippruvaw iżommu ħajjin it-tamiet tagħhom ta’ kwalifikazzjoni meta jinsabu fit-tielet u raba’ post fil-grupp rispettivament u l-ebda naħa ma tista tfalli f’dan l-istadju.

It-tim ta’ uffiċjali għal din il-partita, minbarra Vassallo, li hu r-referee prinċipali, hu kompost minn Regis Bardera (Franza) u Paul Walton (Ingilterra).

Bernard Vassallo





Leave a comment