Basketball għat-tfal ma’ Hibernians

Thursday, September 15, 2011, 20:27

Wasal iż-żmien li nerġgħu nibdew staġun ieħor!  L-istaġun li għadda kien wieħed pożittiv għall-aħħar tant li fil-kategoriji Taħt l-14-il sena fis-subien u bniet ksibna t-2 post rispettivament. L-istess post inkiseb ukoll fil-Kategorija Taħt l-20 sena Femminili. Dan juri li l-Hibernians Basketball Nursery toħloq taħriġ mill-aktar addattat għat-tfal u r-riżultati jagħtuna aktar enerġija biex naħdmu aktar mat-tfal u żgħażagħ afdati lilna. L-għan tan-Nursery tagħna huwa li tressaq tfal lejn il-logħba tal-Basketball, imsomma tnissel fihom kultura sportiva.

L-EWWEL TAĦRIĠ SER IKUN NHAR IS-SIBT 17 TA’ SETTEMBRU 2011 FIL-KUMPLESS SPORTIV TA’ KORDIN.

 

Il-ħinijiet tat-taħriġ ser ikun hekk:   

Under 8 – (2004-2005-2006)

Subien u Bniet

 Kull nhar ta’ Sibt bejn id-9.00am u l-10.30am, fil-Kumpless ta’ Kordin.
Under 10 – (2002-2003)

Subien u Bniet

Under 12 – (2000-2001)

Subien u Bniet

Kull nhar ta’ Sibt bejn il-10.45am u l-12.15pm, fil-Kumpless ta’ Kordin.

Għal aktar tagħrif tistgħu tibagħtu e-mejl fuq sd@onvol.net jew ċemplu 99466723 u staqsu għal Silvio.





Leave a comment