Basketball: Floriana fl-ewwel post fit-Tieni Diviżjoni

Monday, January 10, 2011, 9:11

minn Colin Schembri.

Starlites Ker Grill 52

Bell Net SN Suns 45

(14-8)(14-12)(8-14)(16-11)

Starlites Ker Grill kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u jidhru qed jirkupraw miż-żewġ telfiet li ħadu fil-bidu tal-istaġun fil-waqt li għas-Suns din kienet il-ħames telfa minn sitt partiti. Starlites marru fuq quddiem bil-punti ta’ Abraham Portelli u trippla ta’ Francois Bartolo tathom vantaġġ ta’ 6 punti 10-4. Robert Mercieca wieġeb għal Suns pero sa tmiem l-ewwel sessjoni Starlites żammew l-istess distakk fuq skor ta’ 14-8. Wara erba’ minuti mingħajr punti fit-tieni perjodu, kien Portelli li għamel il-punti għal Starlites pero Suns wieġbu b’run ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Robert Camilleri imma kien hemm risposta mmedjata minn Starlites. Huma għamlu run ta’ 10-4 biex daħlu jistrieħu 8 minn fuq 28-20.

Fit-tielet perjodu Starlites għamlu l-ewwel 6 punti pero Suns wieġbu bi break qawwi ta’ 14-0 li bih ippareġjaw il-logħba fl-aħħar 30 sekonda 34-34. Portelli għalaq is-sessjoni għal Starlites biex reġa’ poġġijhom basket minn fuq 36-34. Trippla ta’ Ivan Riolo fetħet ir-raba’ perjodu pero’ Suns baqgħu viċin hekk kif Starlites tilfu lil Portelli bil-ħames foul. Pero’ dan ma żammhomx milli jagħmlu run oħra ta’ 7-0 bil-fast breaks ta’ Robert Bonnici. Din ir-run kienet deċisiva biex finalment Starlites ħarġu rebbieħa 52-45.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 4, I. Riolo 12, R. Bonnici 6, A. Portelli 20, S. Bonnici, C. Doublet 2, F. Bartolo 6, A. Cutajar 2, S. Gouder 2.

Bell Net SN Suns: B. Grima 1, R. Camilleri 6, H. Agius 12, M. Barberi 8, R. Mercieca 10, R, Camilleri 8.

Referees: Jean Paul Sammut, Luke Camilleri

Mtarfa Miscela D’oro 44

Floriana Eurobasket Peugeot 73

(17-18)(19-19)(6-19)(2-17)

Il-partita ħadet żvolta differenti wara l-mistrieħ hekk kif Mtarfa żammew il-pass ma Floriana Eurobasket Peugeot sa tmiem it-tieni sessjoni. Wara \ewġ minuti u nofs waslu l-ewwel punti bi trippla ta’ Rihards Polis għal Floriana u sa nofs is-sessjoni kien hemm parita 5-5. Floriana marru fuq quddiem bil-punti ta’ Chris Sammut pero Mtarfa baqgħu viċin bi trippla ta’ David Agius. Fl-aħħar minuta l-vantaġġ inbidel 4 darbiet bil-Floriana jmorru punt minn fuq 18-17. Floriana fetħu qawwi fit-tieni perjodu u għamlu run ta’ 9-2 biex marru 27-19 minn fuq. Ir-reazzjoni ta’ Mtarfa waslet b’run ta’ 17-8 inkluża trippla ta’ Mark Camilleri biex marru basket minn fuq 36-34. Tlett freethrows mil-greens reġgħu poġġewhom punt minn fuq fil-mistrieħ 37-36.

It-tielet sessjoni kienet storja differenti hekk kif Floriana bdewha b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Neville Mercieca u diversi punti ta’ Ben Aquilina. Fis-sitt minuta waslet ir-risposta ta’ Mtarfa b’basket ta’ Joe Vassallo pero Floriana reġgħu għamlu break ta’ 6-3 u temmew il-perjodu 14 minn fuq 56-42. L-aħħar sessjoni fetħet b’sitt punti konsekuttivi ta’ Floriana qabel ma Agius għamel l-uniku basket ta’ Mtarfa. L-aħħar 12-il punt ġew minn Floriana li rebħu l-partita 73-44.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 3, J. Vassallo 5, M. Sammut 3, K. Azzopardi,  M. Camilleri 10, D, Angelov, K. Mifsud 2, K Xuereb, D. Cini 4, G. Coleiro 4, D. Agius 13.

Floriana Eurobasket Peugeot: J, Curmi 2, M. Ciantar 6, C. Sammut 28, A. Pace, I. Mercieca 8, O. Shamala, R. Polis 3, S. Galea, S. Sammut, D. Deguara, B. Aquilina 21, N. Mercieca 5.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 Mellieħa Tritones 51

Athleta 47

(18-9)(4-10)(11-12)(18-16)

Mellieħa kisbu rebħa tajba fuq Athleta biex b’hekk tawhom it-tieni telfa u qabżuhom fil-klassifika grazzi għal konfront dirett. Għall-ewwel darba Samuel Aquilina lagħab kontra ħuh Joshua wara tal-ewwel ingħaqad ma’ Athleta fis-sajf li għadda flimkien ma John Muscat. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat bil-Mellieħa jkunu basket minn fuq 6-4. |ewġ trippli ta’ Michael Camilleri fetħu run ta’ 12-0 minn Mellieħa li fi tmiem is-sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 18-9. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, Athleta għamlu run ta’ 8-0 biex sas-seba’ minuta naqqsu d-distakk għal punt 17-18. Punti minn Aquilina u Sassoun Saakian taw ftit tan-nifs lil Mellieħa li daħlu jistrieħu 3 minn fuq 22-19.

Fit-tielet sessjoni stennejna tlett minuti biex waslu l-ewwel punti bi trippla ta’ Ivan Buldakov għall-Athleta. Kellhom jagħddu \ewġ minuti oħra qabel ma’ Mellieħa wieġbu b’basket ta’ Aquilina. Fl-aħħar tlett minuti Mellieħa għamlu run ta’ 9-4 biex żammew vantaġġ ta’ basket 33-31. L-aħħar perjodu kien aktar bilanċjat tant li sa nofshu Athleta kienu ippareġjaw il-partita fuq skor ta’ 42-42 bi trippla oħra ta’ Buldakov. Mellieħa wieġbu b’5 punti konsekuttivi fosthom trippla ta’ Camilleri u baqgħu sejrin u rebħu l-partita b’distakk ta’ 4 punti 51-47.

 Mellieħa Tritones: K. Genovese, M. Cauchi 5, S. Saakian 17, E. Farrugia, O. Sammut 5, J. Aquilina 15, M. Camilleri 9, J. Sant, P. Cauchi.

 

Athleta: J. Chircop, K. Cucciardi 2, A. Baldacchino 2, S. Aquilina 10, J. Muscat 4, L. Fenech, M. Spiteri, R. Formosa 11, I. Buldakov 15, T. Wollmack

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 5 4 1 9
Vida Siggiewi 5 4 1 9
Starlites Ker Grill 5 3 2 8
Mellieha Tritones 5 3 2 8
Athleta 5 3 2 8
Bell Net SN Suns 6 1 5 7
Mtarfa Miscela D’oro 5 0 5 5




Leave a comment