Basket ta’ Simon Attard jagħti rebħa drammatika lil Hibs

Monday, February 2, 2015, 20:49

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Phoenix Frank Salt 56

Hibs 58

(14-18)(15-14)(13-14)(14-12)

Phoenix Frank Salt kienu viċin li jagħtu l-ewwel telfa lil leaders Hibs però basket ta’ Simon Attard fl-aħħar sekonda ħalla lil Pawlisti f’ras il-klassifika mingħajr telfa. Phoenix irkupraw lil Andras Toompere li però ma ħax sehem fil-partita u tilfu lil Antoine Costa b’injury fit-tielet taqsima. Kienu Hibs li ħadu l-ewwel vantaġġ bil- Phoenix jirrispondu b’żewġ trippli ta’ Luke Azzopardi u oħra ta’ Costa biex naqqsu d-distakk għal punt 9-10. Hibs kellhom il-punti ta’ Kieron Caruana u Fabrizio Mariani biex temmew l-ewwel sessjoni 18-14 minn fuq. Hibs fetħu t-tieni taqsima bi break ta’ 7-0 b’baskets ta’ Michael Giusti, Luke Farrugia u Mariani. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Costa u Jonathan Ransley però Hibs baqgħu 10 minn fuq wara l-punti ta’ Attard u Mariani 32-22. Phoenix kellhom 7 punti fosthom trippla minn Daniel Cuenca Grimaldos u fl-intervall Hibs kienu 3 minn fuq 32-29.

Fit-tielet perjodu Hibs baqgħu jżommu l-vantaġġ hekk kif fetħu b’żewġ baskets oħra ta’ Attard. Cuenca wieġeb għal Phoenix però l-vantaġġ ta’ Hins reġa’ telgħa għal 11 –il punt 46-35. Azzopardi kellhu trippla oħra għal Phoenix biex Hibs baqgħu 4 minn fuq 46-42. Fl-aħħar taqsima, Hibs marru 8 minn fuq però hawn Phoenix kellhom run ta’ 13 –il punt mingħajr risposta biex marru fuq quddiem 55-50. Fl-aħħar minuti, Hibs kellhom il-punti ta’ Caruana biex ġabu l-iskor indaqs 55-55. Cuenca għamel free-throw minn tnejn biex poġġa lil Phoenix minn fuq però Attard mhux biss ġab l-iskor indaqs, iżda fl-aħħar attakk skorja l-basket tar-rebħa biex ħalla lil Hibs bla telfa dan l-istaġun.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 11, L. Bugelli, D. Pisani 5, R. Curmi, D. Debattista, M. Fenech, C. Camenzuli, D. Cuenca 21, C. Briffa, A. Costa 5, J. Ransley 14, A. Toompere.

Hibs: M. Giusti 4, M. Humpton 2, A. Baldacchino, L. Farrugia 13, S. Attard 15, G. Agius 2, K. Caruana 15, R. Cortis, K. Sultana, D. Ross, F. Mariani 9, S. Vella.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

St. Nicholas Suns 46

Mellieħa Mr. Green 54

(11-16)(7-3)(11-15)(17-20)

Mellieħa Mr. Green komplew bir-riżultati posittivi tagħhom meta għelbu lil St. Nicholas Suns 54-46. Ic-champions għadhom mingħajr Alex Bianchi u jridu jitħabtu biex jiksbu post fil-play-offs u jiddefendu t-titlu.  Mellieħa minn naħa l-oħra rkupraw lil Emanuel Lupo li kien weġġa fil-finali tas-shield u rritorna wkoll Samuel Aquilina. Wara bidu bilanċjat fejn kien hemm parita 6-6, Mellieħa feġġew fuq quddiem b’żewġ trippli ta’ Rihards Polis. Suns wieġbu permezz ta’ Hubert Agius u Michael Barberi però Mellieħa għalqu t-taqsima b’basket ta’ Robert Loporto 16-11. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mill-punti. Wara li Mellieħa għamlu l-ewwel u l-uniċi punti tagħhom, Suns wieġbu bil-baskets ta’ Agius u Lee Grech iżda kienu ftit wisq biex Mellieħa baqgħu punt minn fuq 19-18.

Mellieħa reġgħu bdew tajjeb u kellhom run ta’ 10-2 fil-ftuħ tat-tielet sessjoni. Suns irrispondew b’sitt punti minn Agius u Grech u waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod 26-29. Mellieħa żiedu l-vantaġġ b’baskets ta’ Michel Farrugia u Clint Grixti però Suns għalqu l-perjodu bi trippla ta’ Grech għal skor ta’ 29-34. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Mellieħa jkollhom aktar punti minn Polis fosthom trippla. Agius u Barberi wieġbu għal Suns madankollu baskets ta’ Polis u Grixti serrħu ras il-Mellieħa biex huma rebħu l-partita fuq skor ta’ 54-46.

St. Nicholas Suns: A. Pace 1, R. Camilleri, L. Grech 12, H. Agius 18, M. Barberi 6, R. Mercieca, R. Camilleri, S. Cauchi 4, L. Camilleri 5.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 10, M. Farrugia 8, N. Muscat, S. Aquilina 2, R. Polis 18, R. Loporto 10, J. Stupka,  J. Aquilina 2, E. Lupo 2, I. Terribile, P. Magro.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

Starlites 54

Athleta 85
(18-16)(17-20)(13-21)(6-28)

It-team ta’ Athleta komplew isaħħu posthom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta kisbu r-raba’ rebħa tal-istaġun kontra Starlites 85-54. Starlites kienu għadhom fil-partita sat-tielet sessjoni meta saħansitra kienu 6 minn fuq però minn hemm il-quddiem sofrew l-inizjattiva kontinwa tal-Athleta. Wara li l-partita fetħet bi three pointer fuq kull naħa, Athleta fetħu vantaġġ ta’ tlett punti 12-9 wara li kellhom aktar trippli minn Martin Krastev u Francesco Mifsud Bonnici. Starlites wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Thomas Grech biex marru fuq quddiem u huma rnexxielhom itemmu s-sessjoni basket minn fuq 18-16. Athleta kellhom żewġ trippli oħra fit-tieni sessjoni minn David Garcia u Stefan Vincic u reġgħu ħadu l-vantaġġ 26-22. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u Grech reġa’ poġġa lil Starlites minn fuq iżda l-aħħar punti ġew minn Vincic u Steve Gouder għall-Athleta li daħlu jistrieħu punt minn fuq 36-35.

Wara l-inervall, Starlites ħadu l-vantaġġ mill-ġdid wara l-punti ta’ Grech u trippla ta’ Anthony Schembri. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Krastev u l-punti ta’ Garcia qabel ma Miguel Falzon poġġa lil Starlites għall-aħħar darba minn fuq 44-43 fil-ħames minuta. Hawn Athleta kellhom run ta’ 12-0 b’żewġ baskets kull wieħed għal Mifsud Bonnici u Matthew Gouder. Grech waqqfilhom din ir-run però Athleta kellhom vantaġġ ta’ 9 punti 57-48. Fl-aħħar taqsima, Athleta nqatgħu kompletament mill-avversarji meta kellhom run qawwija ta’ 21-0. Huma kellhom fost l-oħrajn trippla oħra ta’ Krastev flimkien ma’ diversi punti ta’ Matthew Gouder u Vincic biex rebħu l-partita 85-54.

Starlites: A. Schembri 8, T. Gatt, D. Massa, C. Doublet 2, C. Schembri 4, M. Falzon 13, A. Felice Pace 4, J. Agius, JP Borg, L. Vella, T. Grech 23.

Athleta: F. Mifsud Bonnici 14, D. Garcia 20, L. Stefanovic 2, M. Gauchi Montaldo 2, D. Buhagiar,  M. Gouder 15, M. Krastev 14, S. Vincic 7, S. Gouder 11.

Referees: Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

6

6

0

12

429

311

Mellieħa Mr. Green

7

5

2

12

377

354

Athleta

6

4

2

10

332

317

Phoenix Frank Salt

7

3

4

10

372

404

St. Nicholas Suns

7

3

4

10

378

371

Starlites

7

0

7

7

351

527





Leave a comment