Balzan jistordu lit-Tarxinizi

Thursday, July 25, 2013, 9:07

Minn Robert Busuttil 

Fit-tieni gurnata ta’ Grupp A tat-Tazza AME, Mosta u Balzan kisbu rebhiet konvincenti sabiex kwazi ipotekaw il-passagg taghhom ghal fazi li jmiss ta’ dan it-turnament li jinsab fit-tieni sena tieghu.

Mosta dawru telfa f’rebha hekk kif fil-fazi bikrija tal-loghba daqqa ta’ ras tal-plejer barrani SORIN VIRCJK OPRDISKCU tahom ir-rebha finali.
Izda kienu Naxxar li fethu l-iskor fit-tieni taqsima meta ANDRE ROCHA DA SILVA avvanza tajjeb u b’xutt fil-baxx gheleb lil gowler sostitut Rizzo. Meta kollox deher li Naxxar kienu se jiksbu t-tliet punti, pront wasal il-gowl tad-dro fit-80 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Tyrone Farrugia li hasad ghal kollox lil Pecorella bejn il-lasti ta’ Naxxar. U kif ghedna SORIN skorja l-gowl tar-rebha fid-89 minuta b’daqqa ta’ ras ohra li halliet lill-plejers Naxxarin miblughin wara l-wirja tajba li taw.

Fit-tieni loghba Balzan iddominaw u stordew lill-avversarji Tarxinizi fejn rebhulhom bl-iskor konvincenti ta’ 4-0 bil-gowls kollha jaslu fl-ewwel ghoxrin minuta tal-loghba. Kien JOSE LUIS ARMARO NEGRIN li fetah l-iskor wara biss 2 minuti filwaqt li ERJON BEU irdoppja fir-4 minuta. Il-gowls baqghu gejjin hekk kif LYDON MICALLEF ghaqqad tlieta fl-14 -il minuta u JOSE LUIS ARMARO NEGRIN ghaqqad doppjetta personali meta approfitta minn zball difensiv Tarxiniz u kien facli ghalih li jiddepozita l-ballun fix-xibka.
Wara din il-gurnata Mosta jinsabu fil-quccata b’6 punti, Balzan isegwuhom b’5 punti filwaqt illi Naxxar ghandhom punt wiehed biss. Tarxien Rainbows baqghu bla ebda punt wara zewg loghbiet.
Interessanti d-dwell li se jkollna fit-tielet gurnata fejn Mosta jiltaqghu kontra Balzan f’taqtiegha ghal min jirbah Grupp A.





Leave a comment