Balzan FC Futsal ikomplu jippreparaw

Monday, July 30, 2012, 10:52

minn Josef Galdes

Florin Anton li qed imexxi lil Balzan F.C. Futsal jixtieq li jirbaħ l-ewwel partita kontra KMF Leotar Trebinje tal- Bosinja Hersegovina fi Grupp A tal-UEFA Futsal Cup sabiex ikun jista’ jagħmel pass importanti għall-kwalifikazzjoni. Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn it-tim li l-istaġun li għadda kien jismu Excess RP Bidnija ta dettalji dwar il-Futsal Cup li se ssir fl-ewwel jien ta’ Awwissu.

It-tim ta’ Leotar wieħed mill-avversarji tal-Maltin huwa tim b’saħħtu fiżikament u l-istagun li għadda dawn lagħbu kontra t-team ta’ Barcelona. Il-Grupp tal-Maltin huwa l-uniku grupp kompost minn tliett timijiet bit-tim l-ieħor ikun Lexmex Chisinau tal-Moldova.

Mistoqsi dwar jekk hemmx xi tibdil fil-preparazzjoni tal-pre season mill-istaġun li għadda, il-plejer kowċ Florin Antion qal li m’hemmx l-ebda tibdil speċifiku rrelevanti min hu l-avversarju. Mistoqsi ukoll jekk hux ta’ vantaġġ jew żvantaġġ li dan hu l-uniku grupp bi 3 timijiet, Florin Anton qal li hija sikkina li taqta’ minn żewġ naħat minħabba li l-iskwadra hija ippreparata li tilgħab 3 partiti waqt li min- naħa l-ohra hija aktar faċli li Balzan jikkwalifikaw għar-round suċċessiv.

Għall-iskwadra mill-Moldova din hi l-ewwel esperjenza tagħhom waqt li għal Balzan F.C. hija t-tieni esperjenza. Tkellem ukoll il-President tal-Club Mario Vella fejn qal li jinsab ottimist li jiksbu rizultati posittivi speċjalment fit-tieni partita. Dan it-turnamnet ser ikun qed jintlagħb bejn is-7 u 8 t’Awwissu li ġej,fil-Herżegovona. It-tim ta’ Balzan jilgħabu fit-8 t’Awwissu kontra Leotar, waqt li t-tieni partita tintlagħab kontra Lexmax l-għada, biż-żewġ partiti jibdew fit-tmienja ta’ filgħaxija. Ta’min isemmi li Balzan F.C. l-istaġun rebħu d-double, u allura mistennija li jilgħabu s-Super Cup kontra Lija FC fit-3 ta’ Settembru li ġej. Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tal-Futsal lokali li se tintlagħab finali għal din it-Tazza u dan se jsir fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni l-ġdida Futsal Malta Association.

Tkellem ukoll Nathaniel Jones t-Tim Manager tal-Club Balzan Futsal fejn qal li saru diversi akkwisti ġodda għal club biex tissaħħaħ l-iskwadra speċjalment għal UEFA Futsal Cup li titqies bħala ċ-Champions League ta’ din il-logħba. L-akkwisti ġodda huma Ruben Grech bħala gowlkiper, Nicola Del Re, Basil Emenka Onuta, Florin Manea u Matthew Cocks. Biex l-iskwadra kompluta hija Matthew Xerxen u Adrian Lia bħala goalkeepers, Carlo Scicluna li huwa l-captain, Florin Anton plejer coach, Christian Micallef, Glenn Bonello, Clint Cope u Aleksander Ribic.

Qabel din il-kompetizzjoni Balzan mistennija li jilgħabu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra t-team Nazzjonali Malti u kontra Melita F.C. futsal dawn tal-aħħar tim tal-Ewwel Diviżjoni.

Finalment tkellem il-President tal-Futsal Malta Association Donald Spiteri fejn waqt li feraħ lil Balzan FC għar-rebħ tal-kampjonat tal-istaġun li għadda, awguralhom għall-partiti tal-UEFA Futsal Cup. Huwa qal ukoll li fil-Futsal lokali saru u se jsiru xi riformi ġodda fosthom :

1. Li kull club tal-Futsal ikollu isem ta’ club affiljat mal-MFA

2 Se jkun hemm 40 tim parteċipant bl-għola Divizzjoni tkun il-Premier flok il-1st Division

3. Li players ikollhom aċċess eħfef biex jiċċaqalqu minn club għall-ieħor fuq sistema ta’ loans jekk plejer ikun ameteur

4. Manutenzjonijiet estensivi ukoll u face lift fl-uniku Padiljun fejn jintlagħab il-futsal jiġġifieri il-Padijun sportiv ta’ Raħal il-ġdid.

Wieħed jittama li allura wara t-tliet telfiet fit-tliet logħbiet tal-Grupp tas-sena l-oħra l-aħjar tim f’Malta tal-Futsal jirnexxielu jirbaħ tal-inqas logħba din is-sena sabiex jerġa jibda jgħola r-ranking ta’ pajjiżna. Sentejn ilu Malta permezz ta’ ZC Excess (kompost pratikament minn diversi elementi ta’ l-iskwadra ta’ Balzan FC) kien irnexxielu jirbaħ l-ewwel logħba fix-xena internazzjonali tal-Futsal.

Balzan FC Futsal irringrazzjaw lil diversi sponsors li tawhom l-għajnuna sabiex ikunu jistgħu jitilgħu il-Bosnia Herzegovina u jirrapreżentaw lil Malta fosthom li Vella Brothers u lil TeamSport li forna l-kits uffiċjali bid-ditta Macron





1 Comment

  1. GAFFIERO says:

    GOOD LUCK HBIEB

    [Reply]

Leave a comment