- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Balkan kontra Depiro u Athleta kontra Luxol fil-play-offs

Posted By sportinmalta1 On April 23, 2018 @ 6:22 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Starlites GIG 54

Depiro 67

(9-19)(7-21)(19-12)(19-15)

Starlites temmew l-impenji tagħhom fit-tieni diviżjoni fl-aħħar partita kontra Depiro. Kollox ma’ kollox l-istaġun ta’ Starlites jista’ jitqies bħala posittiv hekk kif huma kienu bi skwarda magħmulha primarjament minn żgħażagħ taħt id-dsatax –il sena u rnexxielhom jispiċċaw b’4 rebħiet. Depiro kienu m ingħajr Jack Nygaard u huma wkoll kellhom diversi żgħażagħ fuq il-court għal ħin twil. Il-partita kellha bidu bilanċjat bi Starlites iżommu l-pass mal-avversarji fl-ewwel ħinijiet bit-trippli ta’ Owen Psaila u Miguel Vella. Depiro mbagħad kellhom run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Kurt Xuereb u Nicholas Grech biex fetħu vantaġġ t’10 punti 19-9. Fit-tieni taqsima, Depiro żiedu l-vantaġġ wara punti ta’ Adam Chomo għalkemm Starlites kellhom risposta bi three pointer ieħor ta’ Psaila. Depiro komplew b’run ta’ 11-0 biex daħlu jistrieħu minn fuq 40-16.

Starlites kellhom bidu tajjeb fit-tielet perjodu fejn Psaila u Miguel Falzon bejniethom għamlu break ta’ 10-0. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Chomo u Andy Attard u għalkemm Starlites għalqu bi trippla ta’ Falzon, kien għad hemm 17 –il punt jifirdu liż-żewġ timijiet 52-35. Fl-aħħar sessjoni l-logħob baqa’ bilanċjat b’punti fuq kull naħa fejn Starlites kellhom ukoll żewġ trippli oħra minn Falzon biex Depiro ħarġu rebbieħa 67-54.

Starlites GIG: O. Psaila 10, M. Azzopardi, I. Felice Pace 3, M. Falzon 28, I. Pace 7, M. Vella 6.

 

Depiro: E. Briffa, A. Attard 2, N. Grech 11, J. Camilleri, A. Chomo 20, K. Xuereb 16, M. Borg 7, M. Zloh 6, M. Debattista 2, J.Vibe 3.

Referees: Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic

Luxol 67

 

Victoria Libertas 54

(22-4)(24-17)(8-15)(13-18)

Luxol għelbu lil Victoria Libertas 67-54 fejn għal Libertas kienet ukoll l-aħħar dehra tagħhom għal dan l-istaġun. Hawn ukoll kellna diversi żgħażagħ fuq il-court għal ħin twil speċjalment minn naħa tal-Luxol li kienu mingħajr Keith Dimech. Luxol ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Clayton Calleja u Vukassin Jandric għalkemm Libertas kellhom risposta permezz ta’ Daniele Miani. Dawn però kienu l-uniċi baskets tagħhom f’din it-taqsima għax minn hemm ‘l quddiem Luxol għamlu run ta’ 16-0 b’punti minn Jandric, Calleja u Michael Sjoberg fost l-oħrajn għal skor ta’ 22-4. Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-istess bil-Luxol iżidu l-vantaġġ tagħhom bit-three pointers minn Jandric u Sjoberg. Libertas ukoll kellhom trippla minn Miani u punti ta’ Sean Mizzi u David Agius biex Luxol temmew is-sessjoni 46-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Libertas tejjbu l-punteġġ tagħhom hekk kif il-coach ta’ Luxol Duncan Fenech uża diversi players ta’ fuq il-bank. Libertas approfittaw biex naqqsu xi ftit id-distakk wara punti minn Nicolo Petrucci u Agius però kienu għadhom 36-54 minn taħt fi tmiem it-taqsima. Fl-aħħar perjodu Agius kompla bil-punti hekk kif kiseb ukoll three pointer biex id-distakk niżel għal 11 –il punt 49-60. Luxol kellhom trippla ta’ Juan Cefai u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem għal skor ta’ 67-64.

Luxol: J. Cefai 7, L. Caruana Montaldo, V. Jandric 22, I. El Gabaily 10, B. Caruana Montaldo, C. Calleja 8, M. Sjoberg 12, J. Navarro, A. Micallef 6, M. Steenkamer 2.

 

Victoria Libertas: W. Spiteri, M. Farrugia, K. Galea 4, N. Petrucci 9, S. Mizzi 6, P. Caruana 2, D. Miani 20, D. Agius 13.

Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.

Marvels Frank Salt 46

 

Gżira Athleta 82

(11-24)(15-21)(7-24)(13-13)

Gżira Athleta kisbu l-14 –il rebħa tal-istaġun biex issa jaħsbu fis-semifinali tal-play-offs fejn se jiltaqgħu kontra Luxol bis-semfinali l-oħra tkun bejn Balkan Fusion u Depiro. Kif mistenni Athleta kellhom bidu tajjeb b’run ta’ 20-6 b’diversi punti ta’ Stefan Vincic, Luca Stefanovic u Jonathan Ransley fost l-oħrajn b’Albert Serra u Joshua Aquilina jagħtu l-assists. Marvels kellhom trippla minn Luke Azzopardi biex Athleta temmew is-sessjoni 24-11 minn fuq. Fit-tieni taqsima kien hemm bidliet fuq iż-żewġ naħat però Athleta żiedu l-vantaġġ wara trippla minn Francesco Mifsud Bonnici u Serra. Huma komplew b’run ta’ 12-2 b’Nathan Xuereb jagħmel three pointer qabel ma Glenn Borg kiseb trippla għal Marvels għal skor ta’ 45-26.

Fit-tielet sessjoni, kien hemm żewġ baskets fuq kull naħa fl-ewwel ħinijiet biex id-distakk baqa’ l-istess. Athleta mbagħad komplew b’run oħra soda ta’ 20-3 bi trippli ta’ Serra u Xuereb u l-punti ta’ Vincic u Mark Cilia fost l-oħrajn għal skor ta’ 69-33. Il-partita kienet deċiża u l-aħħar sessjoni serviet biss biex iż-żewġ timijiet jagħmlu l-aħħar punti tagħhom fejn għal Marvels kien hemm il-punti ta’ Daniel Verebies, Andrew Morris u Daryyl Pisani fl-aħħar dehra tagħhom tal-istaġun hekk kif Athleta rebħu l-partita 82-46.

Marvels Frank Salt: G. Borg 8, D. Pisani 12, R, Curmi 4, D. Debattista, D. Verebies 2, L. Azzopardi 9, A. Morris 5, C. Briffa 6, D. Borg 2.

 

Gżira Athleta: K. Schembri, F. Mifsud Bonnici 7, A. Serra 19, L. Stefanovic 14, M. Gauchi Montaldo 6, N. Xuereb 10, J. Aquilina 1, J. Caruana, S. Vincic 15, J, Ransley 6, M. Cilia 4.

Referees: Nicky Azzopardi, Miklos Rajzki

Balkan Fusion 79

Hibernians 65

(19-17)(19-16)(15-21)(26-11)

Il-partita li għalqet l-ewwel fażi tal-kampjonat rat lil Balkan Fusion jegħlbu lil Hibernians 79-65. Hibs temmew il-kampjonat fil-ħames post fejn wara li Luca Tardito kien promoss fl-ewwel team, huma ħallew skwadra żagħżugħa magħmulha biss minn players Maltin u kellhom wirjiet konvinċenti. Balkans kellhom diversi players neqsin bħal Alex Perunicic u Nicola Stankovic li jisperaw li jirkupraw sal-play-offs. Il-partita kellha iodu bilanċjat bl-ebda team ma jirnexxielhu jiftaħ xi vantaġġ sostanzjali tant li sa’ tmiem l-ewwel sessjoni basket wieħed kien jifred liż-żewġ timijiet bil-Balkan fuq quddiem 19-17. Il-bilanċ baqa’ ankè matul it-tieni sessjoni għalkemm trippla ta’ Nemanja Radicevic rat lil Balkan jiftħu vantaġġ ta’ 5 punti 33-28. Hibs kellhom risposta bi trippla ta’ Jeremy Piscopo flimkien ma’ Kurt Sultana u Isaac Bonett però fl-intervall id-distakk baqa’ ta’ 5 punti bil-Balkans fuq quddiem 38-33.

Fit-tielet taqsima Hibs marru fuq quddiem wara three pointers minn Paul Attard u Piscopo. Huma komplew b’run ta’ 8-2 bil-baskets ta’ Sultana u minkejja li Balkans kellhom il-punti minn Slavko Opojevlic u Nenad Bukva, Hibs baqgħu punt minn fuq 54-53. Fl-aħħar taqsima, Balkans marru minn fuq però trippla ta’ Matthew Formosa għal Hibs għamlet l-iskor indaqs 59-59. Hawn Balkan kellhom mument tajjeb b’run ta’ 13-1 biex ħadu l-partita f’idejhom u ħarġu rebbieħa 79-65.

Balkan Fusion: N. Radicevic 10, B. Ilic 11, I. Kumric 13, S. Opojevlic 14, Z. Stankovic 7, B. Mrkojevic 16, N. Bukva 8.

 

Hibs: M. Formosa 5, K. Sultana 7, A. Galea 1, P. Attard 14, I. Bonett 10, J. Piscopo 8, M. Houmpton 8, M. Laferla 2,  R. Aquilina.

Referees: Emanuel Mangani, Kamil Dworniczak

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni  FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

16

14

2

30

1280

860

Gżira Athleta

16

14

2

30

1320

989

Luxol

16

12

4

28

1169

1064

Depiro

16

11

5

27

1215

1052

Hibernians

16

8

8

24

1032

1141

Siġġiewi

16

7

9

23

1001

1098

Startlites

16

4

12

20

959

1157

Victoria Libertas

16

1

15

17

789

1077

Marvels Frank Salt

16

1

15

17

818

1145


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/balkan-kontra-depiro-u-athleta-kontra-luxol-fil-play-offs/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.