Balkan Fusion u Depiro jibqgħu fil-quċċata

Monday, February 26, 2018, 21:07

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Siġġiewi 51

Luxol 67

(9-19)(14-16)(7-16)(21-16)

Luxol xorta waħda rnexxielhom jieħdu rebħa kontra Siġġiewi minkejja li kienu mingħajr żewġ pedini mportanti hekk kif Vukassin Jandric kien sospiż u Keith Dimech għadu mweġġa’. Siġġiewi wkoll kellhom player importanti nieqes hekk kif kienu mingħajr Alexander Novakovic li weġġa’ fl-aħħar partita però ntroduċew lil Filippin Ferdinand Lisandaur. Siġġiewi fetħu bi three pointer ta’ Hubert Agius u ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin bi Juan Navarro wkoll jagħmel trippla għal Luxol. Wara li Agius reġa’ poġġa lil Siġġiewi fuq quddiem għall-aħħar darba, Luxol kellhom run ta’ 12-0 b’punti minn Liam Caruana Montaldo u Adrian Micallef biex temmew l-ewwel sessjoni 19-9 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu reġa’ kien hemm baskets fuq kull naħa b’Agius jagħmel aktar baskets għal Siġġiewi però Luxol kellhom aktar punti minn Caruana Montaldo u Clayton Calleja biex fetħu vantaġġ doppju 32-16. Siġġiewi kellhom trippla minn JP Antoncic bil-Luxol jirrispondu b’oħra ta’ Michael Sjoberg qabel ma Siġġiewi għalqu t-taqsima bil-punti ta’ Konstantinos Arvanitakis għal skor ta’ 35-23.

Wara l-intervall, Luxol reġgħu bdew l-aħjar b’run ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Sjoberg. Siġġiewi waqqfuhom b’basket tal-Grieg Arvanitakis qabel ma Luxol għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta. Siġġiewi kellhom 5 punti oħra bis-sessjoni tagħlaq bil-Luxol minn fuq 51-30. Fl-aħħar taqsima, Siġġiewi ħarġu jippressaw lill-avversarjiu bdew b’9 punti mingħajr risposta bi trippli minn Jake Carter u Agius. Luxol ma nħasdux u time-out tal-coach Duncan Fenech ikkalmhom u għamlu run ta’ 9-3 biex reġgħu stabilixxew vantaġġ komdu. L-aħħar sforz ta’ Siġġiewi ssarraf f’żewġ three pointers oħra però Luxol kienu għadhom ‘l bogħod u għalqu l-partita bi trippla ta’ Navarro u l-punti ta’ Micallef biex ħarġu rebbieħa 67-51.

Siġġiewi: JP Antoncic 3, M. Baldacchino, F. Lisandaur 3, H. Agius 23,  A. Baldacchino, R. Alosco 2, K. Arvanitakis 13, J. Carter 5, R. Camilleri, O. Shamala 2.

 

Luxol: J. Cefai, L. Caruana Montaldo 14, B. Caruana Montaldo 4, C. Calleja 10, M. Sjoberg 16, J. Navarro 3, A. Micallef 20, M. Steenkamer.

Referees: Emanuel Mangani, Igor Marjanovic.

Hibs 67

 

Starlites GIG 59

(15-13)(16-21)(16-13)(20-12)

Hibs u Starlites offrew partita kumbattuta li ġiet deċiża favur il-Pawlisti lejn it-tmiem. Hibs kellhom nieqsa lil Eman Xuereb u Kieron Caruana fil-waqt li Starlites kienu għal darb’oħra mingħajr Anthony Schembri. Starlites fetħu l-partita b’żewġ baskets ta’ Mirco Azzopardi bil-Hibs iwieġbu bil-punti ta’ Isaac Bonett li kellhu trippla u Matthew Formosa. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex Hibs baqgħu basket minn fuq sa’ tmiem il-perjodu 15-13. Punti ta’ Kurt Sultana kabbru l-vantaġġ għal Hibs fil-ftuħ tat-tieni sessjoni qabel ma Starlites kellhom risposta minn Miguel Falzon. L-istess player poġġijhom fuq quddiem bil-Hibs jirrispondu bi trippla oħra ta’ Bonett. Starlites għaddew minn mument tajjeb bi trippla t’Azzopardi flimkien mal-punti ta’ Falzon, Owen Psaila u Matthew Scerri biex sal-intervall fetħu vantaġġ ta’ 3 punti 34-31.

Fit-tielet sessjoni, Hibs kellhom run ta’ 10-2 minn Paul Attard u Bonett biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Il-partita kompliet tkun missielta bi Starlites jerġgħu ifeġġu fuq quddiem bil-punti ta’ Falzon, Julian Wait u Alex Xuereb. Sa’ tmiem is-sessjoni Hibs irnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs 47-47 wara punti minn Aryton Galea. Fl-aħħar taqsima, kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu b’run ta’ 11-4 bi trippla minn Sultana u punti ta’ Bonett. Huma fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 58-51 bi Starlites jitħabtu biex jerġgħu jnaqqsu d-distakk. Huma għamlu dan permezz tal-punti ta’ Falzon għal darb’oħra però Hibs kellhom trippla minn Attard li rathom jerġgħu jiftħu vantaġġ ta’ 7 punti u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 67-59.

Hibs: A. Galea 6, J. Debono 2, M. Formosa 8, M. Laferla, P. Attard 9, I. Bonett 24, R. Aquilina, K. Sultana 18, M. Houmpton

 

Starlites GIG: O. Psaila 2, M. Azzopardi 12, L. Vella, I. Felice Pace 6, M. Scerri 9, M. Falzon 18, J. Attard, I. Pace 2, M. Vella 1, J. Wait 4, A. Xuereb 5.

Referees: Nicky Azzopardi, Miklos Rajzki.

Depiro 94

 

Marvels Frank Salt 59

(25-12)(16-17)(34-15)(19-15)

Depiro kisbu rebħa faċli kontra Marvels Frank Salt 94-59 bil-coach alfred Mifsud jibda jipprepara għal sfidi aktar diffiċli fosthom il-finali tan-Knock out f’Marzu. Fil-fat kważi tul il-logħba kollha Depiro addottaw sistema ta’ full court press għalkemm għal xi ħin Marvels issuperawha u waslu viċin tagħhom. Depiro kienu mingħajr Nicholas Grech u Kurt Xuereb fil-waqt li Marvels kellhom nieqes lil Luke Azzopardi. Depiro bdew bit-three pointers ta’ Jack Nygaard u Matthew Borg biex marru 13-4 minn fuq. Marvels kellhom risposta minn Darren Debattista u Nicolo Guida però t-three pointers ta’ Depiro komplew ġejjin minn Nygaard  u Borg u huma kellhom run ta’ 9-4 biex temmew l-ewwel sessjoni 25-12 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Depiro żiedu l-vantaġġ wara trippla oħra ta’ Borg u basket ta’ Michael Debattista. Marvels kellhom l-aħjar mument tajjeb fil-partita b’runs ta’ 9-2 u 8-0 li rathom inaqqsu d-distakk għal 5 punti 29-34 bil-basets ta’ Guida u Christian Briffa. Depiro rkupraw b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Miguel Brincat biex daħlu jistrieħu 41-29 minn fuq.

Wara l-intervall Depiro reġgħu ħarġu agressivi b’run ta’ 15-5 fosthom trippli minn Andy Attard u Borg u punti ta’ Adam Chomo. Wara risposta minn Marvels permezz ta’ Christian Briffa, Depiro komplew b’sensiela ta’ fast breaks konklużi minn Chomo u tlett three pointers ta’ Nygaard għal skor ta’ 75-44. L-aħħar perjidu kompla bl-istess andament fejn wara trippla ta’ Guida għal Marvels  u punti minn Ruben Curmi u Andrew Morris, Depiro għamlu run oħra ta’ 10-2 li għalquha bis-seba’ three pointer ta’ Nygaard. Marvels għamlu l-aħħar punti minn Briffa u trippla tad-debuttant Quentin Bugeja biex Depiro ħarġu rebbieħa 94-59.

Depiro: E. Briffa, M. Brincat 3, M. Mallia 2, M. Debattista 2, A. Attard 7, J. Camilleri 2, J. Nygaard 35, A. Chomo 22, M. Borg 21, J.Vibe 2.

 

Marvels Frank Salt: G. Borg, N. Guida 19, D. Pisani 1, R, Curmi 6, D. Debattista 8, D. Verebies, A. Morris 2, C. Briffa 16, Q. Bugeja 3,  D. Borg.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic.

Victoria Libertas 30

Balkan Fusion 79

(12-15)(3-15)(6-25)(9-24)

Balkan Fusion malajr reġgħu ħadu l-ewwel post wara r-rebħa ta’ Depiro meta kif mistenni għelbu lil Victoria Libertas 79-30. Balkan kienu mingħajr Nemanja Radicevic, Slavko Opojevlic u Nikola Stankovic kien biss spettatur fuq il-bank. Balkan ħadu vantaġġ sa’ minn kmieni għalkemm Libertas bdew jiirrispondu speċjalment permezz ta’ Nicolo Petrucci u David Agius tant li marru punt minn fuq 10-9. Balkan wieġbu permezz ta’ Alex Perunicic u Bogdan Mrkojevic biex temmew l-ewwel taqsima 15-12 minn fuq. Il-folja daret fit-tieni perjodu hekk kif Balkan bdew bi break ta’ 11-0 bi trippla ta’ Mrkojevic u l-punti ta’ Bogdan Ilic u Perunicic. Libertas waqqfuhom b’żewġ baskets ta’ Emanuel Lupo u Keith Galea però fl-intervall Balkans kellhom vantaġġ doppju 30-15.

Fit-tielet sessjoni l-andament ma nbidilx hekk kif Balkan komplew ikunu superjuri fil-logħob tagħhom. Huma għamlu run pħra qawwija ta’ 17-2 bi trippla oħra ta’ Mrkojevic u l-punti ta’ Ilic u Miroslav Stjepanovic fost l-oħrajn. Libertas ftit setgħu jnaqqsu d-distakk u Balkans temmew it-taqsima 55-21 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita li serviet biex il-Balkans ikomplu jkabbru l-vantaġġ hekk kif huma bdew b’run oħra ta’ 10-2.  Libertas kellhom punti minn Petrucci u Keith Galea bil-Balkans iwieġbu bit-trippli ta’ Zika Stankovic u Perunicic biex ħarġu rebbieħa 79-30.

Victoria Libertas: M. Farrugia, D. Agius 4, K. Galea 7, N. Petrucci 10, S. Mizzi 2, D. Miani 1, E. Lupo 4, B. Soler 2.

 

Balkan Fusion: Z. Stankovic 7, B. Ilic 10, I. Kumric 2, A. Perunicic 21, S. Jorba 2, B. Mrkojevic 11, M. Stjepanovic 12, N. Bukva 5, V. Lekovic 9, N. Stankovic.

Referees: Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

9

8

1

17

697

431

Depiro

9

8

1

17

746

602

Luxol

9

7

2

16

660

615

Gżira Athleta

8

6

2

14

625

492

Hibernians

9

5

4

14

557

618

Siġġiewi

9

3

6

12

539

636

Startlites

9

2

7

11

570

650

Victoria Libertas

9

1

8

10

428

567

Marvels Frank Salt

9

0

9

9

461

672





Leave a comment