- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Balkan Fusion jikkwalifikaw għas-semifinali bla telfa

Posted By sportinmalta1 On November 6, 2017 @ 6:02 pm In Basketball,Featured | No Comments

St. James Hospital Shield Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Depiro 61

Hibernians 69

(15-21)(22-16)(15-10)(9-22)

F’partita bilanċjata Hibernians għelbu lil Depiro 69-61 wara li ddominaw l-aħħar taqsima. Hibs kellhom bidu tajjev bil-punti ta’ Luca Tardito u trippla ta’ Kurt Sultana. Depiro kellhom diversi punti minn Kurt Xuereb flimkien ma’ Nicholas Grech però Kieron Caruana wieġeb għal Hibs biex temmew it-taqsima minn fuq 21-15. Depiro rkupraw fil-ftuħ tat-tieni sessjoni meta sensiela ta’ three pointers minn Xuereb u Grech u marru fuq quddiem 28-25. Hibs ukoll kellhom it-three pointers ta’ Isaac Bonett u Caruana iżda Depiro wieġbu bil-punti ta’ Jack Nygaard u fetħu vantaġġ ta’ 4 punti. Qabel intemmet is-sessjoni, Hibs kellhom il-punti ta’ Tardito u Bonett biex fl-intervall kellna parita 37-37.

It-tielet sessjoni kompliet tkun kumbattuta u għal darb’oħra Depiro marru minn fuq b’aktar punti minn Nygaard u trippla ta’ Andy Attard. Hibs wieġbu primarjament permezz ta’ Tardito però ma kienux biżżejjed biex Depiro fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 52-47. Fl-aħħar sessjoni, Depiro żammew distakk ta’ sitt punti wara trippla ta’ Myron Agius u punti minn Xuereb u Nygaard. Però hawn Hibs ħadu l-partita f’idejhom hekk kif għamlu run ta’ 16-0 b’diversi punti ta’ Paul Attard, Tardito u serrħu rashom mir-riżultat fuq skor il-finali ta’ 69-61.

Depiro: E. Briffa, A. Magri, M. Agius 3, A. Attard 7, N. Grech 7, J. Camilleri, K. Xuereb 29, M. Borg 2, M. Zloh, R. Xuereb, J. Nygaard 13, M. Debattista.

Hibs: P. Attard 10, M. Formosa, I. Bonnett 14, J. Debono 2, J. Piscopo, K. Sultana 4, R. Aquilina, L. Tardito 27, K. Caruana 10, E. Xuereb 2, I. Spiteri, J. Camilleri.

Referees: Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Siġġiewi 43

Victoria Libertas 36

(11-12)(8-9)(17-2)(7-13)

Siġġiewi għamlu l-ewwel dehra tagħhom għal dan l-istaġun u għelbu lil Victoria Libertas 43-36 f’partita li ftit emozzjonat. Siġġiewi kellhom xi akkwisti ġodda bħal Joshua Anastasi, Alex Novakovic u Omar Shamala. Victoria wkoll kellhom players oħra wara l-ewwel ħarġa tagħhom bħal David Garcia, Malcolm Sammut, Sean Mizzi, Paul Caruana u Micheal Agius. Victoria kellhom l-aħjar bidu u marru 10-3 minn fuq wara trippli minn Garcia u Michel Farrugia. Siġġiewi ġew f’tagħhom u kellhom run ta’ 8-0 b’punti minn Konstantinos Arvanitakis u Roberto Alosco però basket minn Agius ra lil Victoria jagħlqu s-sessjoni 12-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqqsu fuq iż-żewġ naħat u baskets fuq kull naħa ħallew lil Victoria basket minn fuq 21-19.

Wara l-intervall, kienu Siġġiewi li bdew tajjeb meta għamlu l-ewwel seba’ punti tat-taqsima. Victoria kellhom biss basket wieħed minn Garcia qabel ma Siġġiewi komplew b’run ta’ 10-0 b’ħafna punti fosthom trippla minn Narakovic biex temmew is-sessjoni 36-23 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Victoria ma rnexxielhomx jersqu viċin biżżejjed għalkemm naqqsu d-distakk għal 8 punti bi trippla oħra ta’ Farrugia u basket ta’ Garcia. Hubert Agius għamel l-aħħar basket ta’ Siġġiewi b’Malcolm Sammut iwieġeb għal Victoria għal skor finali ta’ 43-36.

Siġġiewi: J. Carter, JP Antoncic 2, L. Grech, J. Anastasi 1, H. Agius 6, G. Agius 4, R. Alosco 5, K. Arvanitakis 9, C. Bezzina, R. Camilleri, A. Novakovic 16, O. Shamala.

Victoria Libertas: D. Garcia 10, M. Farrugia 6, M. Sammut 4, K. Galea, N. Petrucci 3, S. Mizzi 4, P. Caruana, D. Miani, E. Lupo 5, V. Barbu, M. Agius 4, B. Soler.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef.

Balkan Fusion 79

Gżira Athleta 61

(19-17)(17-17)(16-13)(27-14)

It-team ta’ MSC Balkan Fusion kisbu l-ewwel post f’pool 1 meta għelbu lil Gżira Athleta 79-61. Athleta kienu ilhom bla telfa mill-finali erbgħa tal-istaġun 2015-2016 hekk kif huma rebħu l-partiti kollha l-istaġun li għadda. Balkan komplew iżidu aktar players fl-iskwadra tagħhom fejn jispikka Nikola Stankovic li fl-istaġun li għadda kien player ta’ Starlites fl-ewwel diviżjoni. Athleta rreġistraw magħhom lil Jonathan Ransley, ex-Marvels. Balkan bdew tajjeb bil-punti tal-istess Stankovic flimkien ma’ Alex Perunicic u debuttant ieħor Ivan Kumric. Balkan kienu 10-0 minn fuq qabel ma Athleta bdew jirrispondu bi three pointers minn Francesco Mifsud Bonnici, Stefan Vincic u Nathan Xuereb. Perunicic ukoll għamel trippla għal Balkan però Athleta rrispondew bi break ta’ 6-0 kollha minn Vincic biex id-distakk naqas għal basket 19-16. Athleta komplew tajjeb fil-ftuħ tat-tieni sessjoni u marru fuq quddiem b’punti konsekuttivi ta’ Mifsud Bonnici. Balkan finalment wieġbu bil-punti ta’ Stankovic u għalkemm Athleta kellhom żewġ trippli oħra minn Vincic u Xuereb, kienu Balkan li daħlu minn fuq wara three pointer ta’ Nemanja Radicevic 36-34.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni, Athleta reġgħu marru minn fuq. Hawn però Balkan kellhom run ta’ 13-2 hekk kif komplew jiddominaw taħt il-boards fejn ħadu diversi rebounds fl-attakk. Xuereb wieġeb għall-Athleta bi three pointer iżda Balkan temmew is-sessjoni 52-47 minn fuq. Balkan bdew l-aħħar taqsima b’run oħra ta’ 13-3 b’punti kontinwi minn Perunicic. Athleta sabu risposta għal darb’oħra bi trippla ta’ Mifsud Bonnici però Balkan komple jirrispondu biex fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 75-55. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm punti fuq kull naħa biex Balkan ħarġu rebbieħa 79-61.

Balkan Fusion: N. Radicevic 5, B. Ilic, I. Kumric 12, S. Opojlevic 1, A. Perunicic 23, S. Jorben, Z. Stankovic 2, M. Hernandez 6, N. Bukva 4, V. Lekovic, N. Stankovic 26.

Gżira Athleta: M. Cilia, F. Mifsud Bonnici 13, R. Zammit, J. Caruana,  L. Stefanovic, M. Gauchi Montaldo 2, N. Xuereb 15, J. Aquilina, J. Falzon, S. Vincic 19, J. Ransley 9, J. Monteiro 4.

Referees: Gordon Barbara, Nicky Azzopardi.

Starlites GIG 65

Marvels Power Plus 41

(20-10)(15-8)(12-11)(18-12)

Starlites GIG temmew l-ewwel impenji tagħhom fis-shield b’rebħa fuq Marvels 65-41. Starlites kellhom nieqes lil Ryan Carabott, fil-waqt li Marvels żiedu xi players fl-iskwadra tagħhom bħal Glenn Borg, Keith Tedesco u Daniel Borg. Huma però kellhom nieqsa lil Nicolo Guida, Darryl Pisani u Darren Debattista. Marvels fetħu l-partita b’żewġ baskets ta’ Tedesco però Starlites wieġbu bil-punti ta’ Miguel Falzon flimkien ma’ Alex Xuereb u Matthew Scerri. Marvels kellhom risposta permezz ta’ Christian Briffa għal skor ta’ 20-10. Fit-tieni perjodu Starlites reġgħu fetħu tajjeb b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Mirco Azzopardi. Ir-risposta ta’ Marvels waslet fit-tieni parti tat-taqsima b’baskets minn Ruben Curmi biex fl-intervall, Starlites kienu 35-18 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet aktar bilanċjata fejn wara li Starlites kellhom run ta’ 10-3 bil-punti ta’ Anthony Schembri. Reġa’ kien Briffa li wieġeb għal Marvels flimkien ma’ Andrew Morris u Curmi għal skor ta’ 47-29. Fl-aħħar taqsima kien hemm it-three pointers fuq iż-żewġ naħat fejn Starlites bdew bi tnejn minn Isaac Pace u Owen Psaila. Marvels wieġbu bi break ta’ 9-0 li għalquh bi trippla ta’ Glenn Borg però kienu Starlites li għalqu l-partita bl-aħjar mod bi break ta’ 10-0 bit-tieni trippla ta’ Psaila biex ħarġu rebbieħa 65-41.

Starlites: O. Psaila 6, M. Azzopardi 5, L. Vella, I. Felice Pace 2, M. Scerri 10, M. Falzon 18, J. Attard 8,I. Pace 3, M. Vella 1, J. Wait, A. Xuereb 8, A. Schembri 6.

Marvels Power Plus: G. Borg 3, R. Curmi 2, K. Magri, D. Verebies, K. Tedesco 9, A. Morris 2, C. Briffa 15, D. Borg, A. Toompere 4.

Referees: Brian Sly, Miklos Rajzki.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/balkan-fusion-jikkwalifikaw-ghas-semifinali-bla-telfa/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.