- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

BaldBeard Criteriums 2015 – It-Tieni Tellieqa – 21 ta’ Awwissu

Posted By Sportinmalta On August 24, 2015 @ 6:23 pm In Cycling,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż.

Note:This article has been posted in both Maltese and English.

Il-korsa tad-Drag Racing f’Ħal Far fetħet il-bibien tagħha għat-tieni tiġrija taċ-ċikliżmu organizzata mill-BaldBeard Cycling Events nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu 2015 bil-kollaborazzjoni tal-Malta Drag Racing Association.

Tomas Najner (Greens C.C.) u Gerard Said (Greens C.C.) irnexxielhom jaħarbu mill-grupp prinċipali fl-istadji bikrija tat-tellieqa. Iż-żewġ ċiklisti rnexxielom jibnu vantaġġ pjuttost skomdu għat-timijiet l-oħra. Kien f’dan il-punt li Mark Bonnici (Agones SFC) u Mark Micallef (The Cyclist C.C.) rnexxielom jaħarbu huma wkoll u jilħqu ż-żewġ ċiklisti ta’ quddiem.

Din kienet azzjoni mportanti ħafna. Fil-fatt l-erba’ ċiklisti flimkien irnexxielhom jibnu vantaġġ ta’ madwar 30 sekonda fuq il-bqija tal-grupp. Huma rnexxielhom jiddefendu dan il-vantaġġ sa l-aħħar tat-tiġrija, fejn Mark Bonnici ddomina fl-isprint finali segwit minn Tomas Najner u Gerard Said fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fil-kategorija tan-nisa kienet Lara Buttigieg (Agones SFC) li rebħet l-ewwel tellieqa taċ-ċikliżmu tagħha. Lara kisbet dan is-suċċess permezz ta’ ritmu konsistenti waqt it-tiġrija kollha.

It-tielet u l-aħħar tellieqa mill-BaldBeard Criteriums 2015 se ssir fil-korsa tad-Drag Racing ,Ħal Far Raceway fil-11 ta’ Settembru 5:30pm. Dawn it-tiġrijiet huma sponsorjati minn Candylicious, The Mixologist, The Cyclist, Delta Media Services, The Bearded Man Malta, u Express Bikes.

________________________________________________________________________

English

BaldBeard Criteriums 2015 – Race Two – 21stAugust

Ħal Far Raceway opened its gates for the second cycling race organised by BaldBeard Cycling Events on Friday 21st August 2015, in collaboration with the Malta Drag Racing Association.

Tomas Najner (Greens C.C.) and Gerard Said (Greens C.C.) managed to break away from the main group in the early stages of the race. The two paced themselves well and started to build up a very uncomfortable lead for the other teams. It was at this point that Mark Bonnici (Agones S.F.C.) and Mark Micallef (The Cyclist C.C.) made a paramount effort to close the gap on the two riders at the front.

This was a successful move because the four cyclists together managed to build up a 30-second lead on the rest of the field. A lead which they managed to defend until the end of the race, where Mark Bonnici prevailed in the sprint followed by Tomas Najner and Gerard Said in second and third place respectively.

In the ladies category,Lara Buttigieg (Agones S.F.C.) managed to win her first cycling race with a very consistent ride from start to finish.

The third and final race of the BaldBeard Criteriums 2015 will take place at Hal Far Raceway on the 11th September 5:30pm.These races are sponsored by Candylicious, The Mixologist, The Cyclist, Delta Media Services, The Bearded Man Malta and Express Bikes.

Mark Bonnici winning his race

 

1st in Womens' Section-Lara Buttigieg

3rd in Males Section-Gerard Said

 

 

 

 

 

 

 

2nd in Males Section-Tomas Najner

1st in Males Section-Mark Bonnici

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/baldbeard-criteriums/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.