BaldBeard Criteriums 2015 – It-Tielet Tellieqa – 11 ta’ Settembru

Sunday, September 13, 2015, 20:05

Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bil-Malti u bl-Ingliż

Note:This article has been posted in both Maltese and English

Gavin Muscat

L-aħħar tellieqa taċ-ċikliżmu mis-sensiela BaldBeard Criteriums 2015, saret fil-korsa tad-Drag Racing f’Ħal Far nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Settemberu, b’kollaborazzjoni mal-Malta Drag Racing Association.

Madwar ħames minuti biss wara li bdiet it-tellieqa, Etienne Bonello (Greens C.C.), Maurice Formosa (The Cyclist) u Gerard Said (Greens C.C.) rnexxielhom jakkwistaw vantaġġ ta’ madwar sitt sekondi mill-bqija tal-grupp. Ċiklisti mill-klabbs l-oħra ma għamlux reazzjoni mmedjatament għal din il-mossa u d-distakk beda jikber gradwalment.

Bonello, Formosa u Said qadfu kemm felħu u kabbru l-vantaġġ tagħhom għal-għoxrin sekonda fuq iċ-ċiklisti l-oħra. Sadanittant iċ-ċiklisti fil-grupp prinċipali ma rnexxilhomx isibu l-kooperazzjoni xierqa biex jgħalqu d-distakk fuq it-tlieta ta’ quddiem. Fid-dawl ta’ dan in-nuqqas, it-tlett ċiklisti maħrubin aktar għamlu sforz biex ikomplu jtejbu l-vantaġġ tagħhom.

B’distakk komdu ta’ tletin sekonda u 300m mit-tmiem, Etienne Bonello fetaħ l-isprint tiegħu u rebaħ it-tellieqa, segwit minn Maurice Formosa u Gerard Said fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Marie Claire Aquilina (Greens CC) rebħet il-kategorija tan-nisa b’wirja b’saħħitha ħafna.

Il-BaldBeard Criteriums 2015 kienu organizzati minn BaldBeard Cycling Events u sponsorjati minn Candylicious, The Mixologist, The Cyclist, Delta Media Services, The Bearded Man Malta, u Express Bikes.

_____________________________________________________________________

English

BaldBeard Criteriums 2015 – Race Three – 11th September

The finale of the BaldBeard Criteriums 2015 cycling races took place at Hal Far Raceway on Friday 11th September, in collaboration with the Malta Drag Racing Association.

After five minutes into the race, Etienne Bonello (Greens C.C.), Maurice Formosa (The Cyclist) and Gerard Said (Greens C.C.) managed to distance themselves with a 6-second break from the rest of the group. Cyclists from the other clubs did not react immediately and the gap started growing steadily.

Bonello, Formosa and Said pushed ahead and established a 20-second lead over the main group. In the meantime cyclists from other clubs could not find the right cooperation to close the gap. This shortcoming by the main group fuelled further determination to the three riders on the front, who monopolised the race with their bold move.

With a comfortable breakaway gap of 30-seconds and the last 300m to the finish line, Etienne Bonello launched a well-timed sprint and won the race, followed by Maurice Formosa and Gerard Said in second and third place respectively.

Marie Claire Aquilina (Greens C.C.) won the ladies category with a very strong performance.

The BaldBeard Criteriums 2015 cycling races were organised by BaldBeard Cycling Events and sponsored by Candylicious, The Mixologist, The Cyclist, Delta Media Services, The Bearded Man Malta, and Express Bikes.

____________________________________________________________________

(From left to right)Gerard Said , Maurice Formosa , Etienne Bonello , Marie Claire Aquilina

 

Gerard Said (3rd in Male's Category)

Maurice Formosa (2nd in Male's Category)

 

 

Marie Claire Aquilina (1st in Females's Category)

Etienne Bonello (1st in Male's Category)





Leave a comment