Baldacchino Jikklassifika r-Raba’ f’Siracusa

Sunday, July 28, 2013, 10:59

Tard is-Sibt filgħaxija, kif kien imħabbar, is-sewwieq Noel Baldacchino rrappreżenta lil Malta fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran għal sewwieqa tat-trott. Sfortunatament id-debba li saq Baldacchino ma kinietx tidher f’forma sabiex tikkompeti maż-żwiemel l-oħra u għalkemm huwa għamel l-aħjar li seta fic-cirkostanzi, kien il-ħin kollu qed jokkupa l-aħħar postijiet tat-tiġrija. Ir-rebbieħ kien it-Taljan Matteo di Meo biż-żiemel Merico.

Għalkemm il-partecipanti kienu tmienja pero 5 biss kienu qed jippartecipaw fil-Kampjonat tal-Mediterran għalhekk bl-iskwalifika kmieni fit-tiġrija tar-Russu Alexander Popov, Noel ġie klassifikat fir-raba’ post hekk kif il-Franciż Jean Paul Fasquelle ġie t-tieni u s-Sloven Gojanc spicca t-tielet.

Ir-Riżultat komplet kien dan:

1. Merico (Matteo di Meo) Italja – 1’17”3

2. Olding As (Francesco La Rosa Jr.) – 1’17”4

3. Mclaren UR (Cesare Ferranti) – 1’17”8

4. Naivasha (Jean Paul Fasquelle) Franza – 1’18”2

5. Osiris Joy (L. Gorjanc) Slovenja – 1’18”5

6. Ieper (Salvatore D’Aluisi) – 1’18”7

7. Novi Ligure (Noel Baldacchino) Malta – 1’18”9

Dis Gadoni (Alexander Popov) Russja





Leave a comment