Baħrin ta’ klassi dinjija f’Malta għall-RC44 Valletta Cup sponsorjata minn GO

Friday, March 27, 2015, 17:22

Marsa, 24 ta’ Marzu 2015. GO saret is-sieħeb uffiċjali għall-mowbajl u data tal-RC44 Valletta Cup li ser issir bejn il-25 u d-29 ta’ Marzu 2015. Il-kompetizzjoni RC44 Valletta Cup hi parti mill-RC44 Championship Tour 2015 li qed iżżur għadd ta’ pajjiżi fosthom l-Italja, l-Isvezja, il-Portugall, u l-gżejjer Brittaniċi ta’ Virgin Islands. Dan it-tour jippermetti lis-sidien tal-jottijiet, ħafna minnhom propjetarji tal-aqwa negozji fis-suq internazzjonali, li jingħaqdu mal-aqwa baħrin, fosthom veterani tat-Tazza tal-Amerika u rebbieħa tal-Olimpjadi li jtellqu fuq jott speċjali.

 

It-tlielaq ser jibdew b’Match Race fil-Port il-Kbir nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu. Fil-ġranet ta’ wara, serje ta’ Fleet Races ser isiru minn Tigne sa San Ġiljan. Skont il-kondizzjonijiet tat-temp, hemm il-ħsieb li issir tellieqa sa Għawdex. Dawk kollha li jixtiequ li jaraw it-tlielaq jistgħu jagħmlu dan minn għadd ta’ postijiet strateġiċi fosthom il-Barrakka ta’ Fuq u l-Isla għal Match Racing u Tas-Sliema għal Fleet Racing.

 

Kurt Camilleri, iċ-Chief Commercial Officer ma’ GO, qal, “L-RC44 Valletta Cup hi attività ta’ klassi dinjija li tiġbed ħafna personalitajiet importanti mid-dinja tal-jottijiet, l-ibburdjar u negozju. Minbarra li hi tellieqa sabiħa, din l-attività isservi bħala vetrina għall-Malta ma’ udjenza internazzjonali. Bħala fornitur ewlieni ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni f’Malta, GO għandha sehem importanti li tgħaqqad lil Malta mal-bqija tad-dinja. Meta ninvestu f’dawn l-attivitajiet li jippromwovu lil Malta lill-komunità tan-negozju, aħna nkomplu saħħu dik il-konnnettività u noħolqu investiment ġdid u opportunitajiet ġodda ta’ negozju għall-pajjiżna.”





Leave a comment