Badminton: Plejers Ingliżi f’Malta.

Friday, July 15, 2016, 16:01

Gavin Muscat

Mis-16 sal-21 ta’ Lulju, ser izur Malta grupp imdaqqas ta’ 26 plejer Ingliż li ġejjin minn diversi clubs brittaniċi.

Dan il-kontIngent li fil-parti l-kbira tiegħu huwa magħmul minn plejers zgħazagħ, għandu d-drawwa li jzur pajjizi differenti kull sena bl-intenzjoni li jkattar il-ħbiberija internazzjonali permezz tal-Isport.

L-intenzjoni ewlenija wara dawn iz-zjarat f’diversi destinazzjonijiet hija li l-plejers jiltaqgħu ma’ zgħazagħ ohra bhalhom biex flimkien japprezzaw is-sbuhija tal-ħbiberija sportiva fuq livell internazzjonali.

Malta ser tkun it-23 pajjiz li dan il-grupp ikun zar s’issa; hija wkoll it-tielet pajjiz tal-Commonwealth. Minn hawnhekk, l-iskwadra ser tkompli fi triqitha lejn Spanja u l-Portugal.

Ir-regina Elizabetta II giet mgħarrfa b’din il-mawra u bgħatet l-isbah xewqat tagħha biex iz-zjara tizvolgi b’success.

L-iskwadra ngliża ser tilgħab numru ta’ logħbiet ta’ ħbiberija ma’ diversi clubs lokali, fejn tibda ma’ Msida Arrows BC fi tmiem din il-gimgħa. Iz-zjara kollha qed issehh taht l-awspicji ta’ Badminton Malta.

Il-meniger tal-kontIngent, Philip Boyle, radd ħajr għall-għajnuna li rċieva biex din il-mawra setgħet issehh.

Għal tnejn mill-membri tal-grupp Ingliż, iż-żjara tagħhom f’Malta għandha tifsira specjali; dan għaliex in-nanna tagħhom hija Maltija.

Waqt il-mawra f’Malta, il-kontIngent Ingliż għandu laqgħat ta’ kortezija mal-Kummissarju Għoli ngliż kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kumitat Olimpiku Malti.

 





Leave a comment