Avviż mill-Juventus Club Vero Amore

Wednesday, February 16, 2011, 9:49
Il-Qoxra tal-ktieb dwar il-Calciopoli mill-perspettiva ta' Zampini

Il-Qoxra tal-ktieb dwar il-Calciopoli mill-perspettiva ta' Zampini

Nhar il-Ġimgha 18 ta’ Frar 2011 fis-7.30 p.m. se ntellgħu serata fil-premises tal-Club tagħna fejn għaliha se jkollna fostna lill-avukat, ġurnalist, blogger u kittieb, Massimo Zampini. Hu se jippreżenta l-ktieb tiegħu li għandu titolu: “Er go’ de Turone. Diari di uno juventino a Roma”. Il-ktieb hu analiżi tal-fatti ta’ Calciopoli mill-prospettiva kemm ta’ professjonist fil-kamp legali, kif jipprova jinterpreta psikoloġikament il-kontrapposizzjoni bejn is-supporters Bianconeri u dawk ta’ timijiet oħra. Parti kbira mill-ktieb hi rakkont, b’ironija u umoriżmu, tal-ħajja li jgħix supporter Juventin fil-belt ta’ Ruma.

Nixtiequ ħafna li s-serata tiżvolġi f’forma ta’ diskussjoni fuq il-fatti kollha ta’ Calciopoli. Zampini hu persuna kompetenti li fl-aħħar snin segwa mill-qrib ħafna l-proċessi, kemm dawk sportivi kif ukoll penali, ta’ Calciopoli. Naħsbu li hi okkżzjoni mill-aqwa sabiex jiġu anlizzati bir-reqqa l-aspetti kollha ta’ Calciopoli. Ikun hemm anki hin għad-domandi u l-osservazzjoni tal-membri. Is-serata se tkun immexxija mill-gurnalista u ħabiba tagħna Caroline Attard.

Tajjeb ngħidu wkoll li Massimo Zampini se jġib miegħu ftit kopji tal-ktieb u min irid ikun jista’ jixtrih għall-prezz speċjali ta’ 10 Ewro flok 13,50 Ewro kif normalment jinbiegħ fil-ħwienet tal-kotba. M’hemmx għalfejn ngħidu li min jixtri l-ktieb, jista’ anki jitlob firma u dedika mil-awtur.

Fl-aħħar net navzaw li s-serata se tkun miftuħa għall-pubbliku in ġenerali. Dħul b’xejn għal kulħadd.

Napprezzaw li xxerdu l-kelma fost il-hbieb taghkom li jzommu ma’ Juventus.





Leave a comment