Avveniment sportiv tal-bodybuilding ġewwa Bormla

Tuesday, March 6, 2012, 0:50

Avveniment sportiv fix-xena tal-bodybuilding se jittella’ nhar is-Sibt 2 ta Ġunju ġewwa l-kulleġġ Santa Margerita Bormla. Il-gbir li ser isir mill-avveniment ‘Bodybuilding for Puttinu’, kif l-istess isem jixhed, ser imur kollu ghall-fondazzjoni Puttinu Cares. Dan l-avveniment b’ghan benefiku, ser ikun l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu f’dan il-qasam sportiv u ghalhekk mistenni johloq interess kbir mid-dilettanti kollha fix-xena tal-fitness u bodybuilding.

Is-serata ser tkun karaterizzata minn Posedown minn diversi atleti u bodybuilders stabiliti kif ukoll ohrajn godda f’din l-istess xena. Ser ikun hemm ukoll il-partecipazzjoni ta xi rock bands bhall-Scream Daisy kif ukoll Antz Walking. Ghal aktar informazzjoni tistgħu tagħmlu kuntatt mal-organizzaturi permezz ta l-email kjabela@onvol.net jew fuq 99860149.

 

 





Leave a comment