Avveniment ieħor tax-Xitwa mill-Malta BMX

Friday, February 17, 2017, 14:42

Gavin Muscat

Fl-4 ta’ Frar li għadda, l-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta organizzaw Jam Fundraising Event ġewwa l-indoor skate park f’Pembroke. Hawn kienu organizzati numru ta’ kompetizzjonijiet għal sewwieqa BMX membri tagħhom. Dan l-avveniment kien ukoll wieħed ta’  ġbir ta’ fondi bl-għan prinċipali li jmiss tal-Assoċjazzjoni jkun dak ta’ bini tal-ewwel foam pit f’Malta.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni kienu hekk:

Game Of Bike Grupp A: Aaron Grixti

Game Of Bike Grupp B: Luqa Farrugia

Bunny Hop Grupp A: Aaron Grixti

Bunny Hop Grupp B: Gianni Delia

Best Run Grupp A: Aaron Grixti

Best Run Grupp B: Mathias Mangion

Best Trick Trick A: Dailin Zammit

Best Trick Trick B: Miguel Triganza

Waqt l-avveniment, l-Assoċjazzjoni rnexxielhom tiġbor €200 f’donazzjonijiet u hawn jixtiequ jirringrazzjaw lil kull min attenda biex jappoġġja dan l-avveniment.

Malta BMX Winter 2017 Jam Event





Leave a comment