Avis Virtus Champions wara rimonta stupenda

Sunday, March 15, 2015, 23:56

KAMPJONAT ST. JAMES HOSPITAL U/23 IRĠIEL   

minn Colin Schembri

Avis Virtus 61

Luxol 56

(8-14)(10-19)(12-15)(31-8)

F’waħda mill-akbar rimonti ta’ dawn l-aħħar snin, Avis Virtus dawwru żvantaġġ ta’ 18 –il punt fil-bidu tal-aħħar taqsima u għelbu lil Luxol 61-56 biex rebħu l-kampjonat St. James Hospital ta’ taħt it-23 sena. Luxol bdew l-aħħar perjodu 48-30 minn fuq u l-andament tal-partita sa’ dak il-ħin ftit kien

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

jagħti ħjiel li s-suċċess se jaħrabilhom. Iżda l-basketball joffri wkoll dawn l-emozzjonijiet u b’rimonta mibdija minn Miguel Falzon, Virtus rebħu l-partita. Wara bidu bilanċjat fejn Virtus kienu punt minn fuq 5-4, Luxol kellhom run ta’ 9-0 bil-punti maqsumin bejn CJ Cordina u Jamie Willoughby. Baskets ta’ David Bugeja u Robert Bonnici waqqfulhom din ir-run però Luxol temmew il-perjodu 14-8 minn fuq. Bir-risposta ta’ Virtus ma tasalx, Luxol komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni perjodu meta bdew bil-baskets ta’ Edward Bonello, Stefan Cappello u Cordina. Virtus finalment wieġbu b’basket ta’ Bonnici però Cordina kellhu trippla għal Luxol flimkien ma’ aktar punti minn Willoughby għal skor ta’ 26-10. Sa’ tmiem il-perjodu ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex Luxol daħlu jistrieħu 15 –il punt minn fuq 33-18.

Fit-tielet sessjoni l-andament tal-partita baqa’ l-istess jekk kif il-punti bdew ġejjin fuq kull naħa biex Luxol setgħu jikkontrollaw il-vantaġġ lu kellhom. Virtus kellhom il-punti ta’ Thomas Grech u David Bugeja però Cordina u Willoughby irrispondew għal Luxol. Luxol komplew is-sessjoni bi break ta’ 9-4 bil-punti ta’ Cordina u Cappello biex temmwha 48-30 fuq quddiem. Virtus kellhom bidu stupend fl-aħħar sessjoni meta bdew mal-ewwel bi trippla ta’ Bonnici u l-punti ta’ Falzon u għaqqdu run

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

ta’ 11-0 u naqqsu d-distakk għall seba’ punti 41-48. Luxol dehru mifxula u minkejja li kellhom basket minn Edward Bonello, Virtus komplew iżidu l-logħob tagħhom wara punti minn Bugeja u Falzon huma ġabu l-iskor indaqs 55-55 wara trippla ta’ Alec Felice Pace. Falzon poġġijhom fuq quddiem fl-attakk ta’ wara fost il-ferħ tal-partitarji numerużi ta’ Virtus. Luxol setgħu biss jirrispondu bi free-throw ta’ Cordina u qabel intemmet il-partita kien hemm il-punti konsekuttivi ta’ David Bugeja biex Virtus rebħu l-partita 61-56 u l-kampjonat mingħajr telfa. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Virtus David Bugeja fost celebrazzjonijiet kbar.

Avis Virtus: Anthony Schembri, David Bugeja 17, Robert Bonnici 14, Chris Doublet, Clive Schembri, Miguel Falzon 17, Alec Felice Pace 3, Joseph Agius, Luca Vella, Terence Gatt, Yannick Cremona, Thomas Grech 10.

Luxol: CJ Cordina 22, Jamie Maistre, Jamie Willoughby 17, Jean Paul Schembri 5, Nikola Andrejevic, Sky Visser, Edward Bonello 6, Stefan Cappello 6.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716





Leave a comment