- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

AUTOCROSS u MOTOCROSS MONSTER ENERGY nhar il-Ħadd f’Ta’ Qali

Posted By Sportinmalta On May 16, 2018 @ 8:22 am In Featured,Motorsport | No Comments

Nhar il-Ħadd li ġej 20 ta’ Mejju 2018, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser tkompli bil-Kampjonat Nazzjonali tal-Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Matul din l-attività ser ikun hemm ukoll il-Muturi Motocross li filgħodu ser jikkompetu f’tiġrijiet Fun Race. Din il-Fun Race ser tkun miftuħa għad-dilettanti kollha tal-Muturi Offroad u speċjalment għal dawk ir-Riders li jiġu għat-taħrig imma għadhom ma jieħdux sehem waqt tiġrijiet tal-Kampjonat tal-Motocross.

Id-ditta internazzjonali ‘Monster Energy’ qed tagħmel tour madwar id-dinja permezz tat-truck speċjali li jippromovi din ix-xarba. Nhar il-Ħadd li ġej dan it-truck ser ikun f’Malta fil-Korsa tal-ASMK f’Ta’ Qali waqt l-attività tal-Motocross u l-Autocross b’inizjattiva speċjali tal-kumpanija General Soft Drinks Ltd li tirrapreżenta din ix-xarba Monster Energy, biex dan it-truck speċjali jkun jista jitgawda mil-poplu Malti u mid-dilettanti tal-Motorsport.

Il-Program tat-tiġrijiet jibda fl-10. 00am bil-Muturi Motocross u jkompli bil-Karozzi Autocross li jibdew fis-1. 00pm. Dan kollox ser isir fil-Kumpless Sportiv tal-Assoċjazzjoni f’Ta’ Qali.

Intant nhar is-Sibt li għadda 12 ta’ Mejju 2018, l-ASMK kompliet bil-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn ġiet organizzata il-ħames attivita fil-Whiterocks Pembroke. Għal din l-attivita irreġistraw 17 il-kompetitur li kkompetew fuq korsa ta’ 3 kilometri u kienu maqsuma fit-tliet klassijiet.

Matul il-Pole Position Joseph Scicluna fuq KTM iddomina bl-aħjar ħin tiehu ta 5 minuti 25.610 sekondi. Scicluna kien segwit min Bernard Sammut b’differenza ta 4.892 sekondi u Matthew Gauci b’differenza ta 11.694 sekondi. Sammut u Gauci ikkompetew fuq muturi Beta.

It-taqtigħa mal-ħin tibda wara il-Pole Position fejn kull rider ikkompeta f’zewġ Ħeats fil-klassi tiegħu u il-ħin jiġi rreġistrat b’apparat elettroniku ma kull mutur. Fi Klassi A rajna lil James Zahra fuq Sherco jirreġistra l-aħjar ħin tiegħu ta 4 minuti 54.142 sekondi. Flimkien ma Zahra kien hemm jikkumbatu Scicluna u Sammut izda minkejja l-isforzi kollha min Scilcuna u Sammut dawn ma rnexxielhomx jissuperaw l-aħjar ħin ta Zahra tant li Sammut spiċċa isegwi lil Zahra b’ħin ta 4 minuti 54.583 sekondi b’differenza biss ta 0.441 ta sekonda filwaqt li Scicluna spiċċa fit-tielet post b’ħin ta 4 mintui 54.611 sekondi b’diffrenza ta’ 0.753 ta sekonda fuq il-ħin ta Zahra. Fir-raba’ post spiċċa Matthew Gauci fuq Beta b’ħin ta 4 minuti 58.821 sekondi filwaqt li fil-ħames spiċċa Ian Scicluna fuq KTM b’ħin ta 5 minuti 29.590 sekondi.

Fi Klassi B rajna lil Gabriel Muscat fuq KTM jiddomina din il-Klassi bl-aħjar ħin tiegħu ta 5 minuti 50.150 sekondi. Muscat spiċċa segwit min Aidan Camilleri fuq KTM b’ħin ta 5 minuti 58.392 sekondi filwaqt li fit-tielet post spiċċa Krist Falzon fuq Husqvarna b’ħin ta 6 minuti 6.951 sekondi. Fir-raba’ u l-ħames post spiċċaw Clayton Schembri fuq KTM u Rowen Bonello fuq Beta rispettivament.

Fi Klassi C rajna lil Kyle Stone fuq KTM irreġistra l-aħjar ħin ta’ 7 minuti 5.030 sekondi. Stone kien segwit minn Kurt Muscat fuq Yamaha b’ħin ta’ 7 minuti 28.192 sekondi. Fit-tielet post daħal Luke Borg fuq KTM b’ħin ta 7 minuti 34.579 sekondi filwaqt li fir-raba’ post daħal Mario Gatt fuq Honda li pparteċipa għal l-ewwel darba.

L-aħħar attivita Enduro f’dan l-istaġun ser issir fl-24 ta’ Ġunju 2018 liema attività ser tkun qed issir f’ San Lawrenz, f’Għawdex, fejn hemm veduti impressjonanti ta’ kampanja u baħar.

Bi preparazzjoni għal ewwel ‘SUV Demolition Derby’ li ser issir fit-28 ta’ Lulju li ġej ser issir l-ewwel laqgħa mal-Kompetituri interessati nhar l-Erbgħa 23 ta’ Mejju 2018 fit-8.00pm. Din ħa ssir fil-Klabb House tal-ASMK l-Imtarfa. Matul din il-laqgħa se jigu mqassma kopji tar-regolamenti l-ġodda għal din l-attività tal-SUV’s. Waqt il-laqgħa se jsiru wkoll ir-reġistrazzjonijiet għal din l-attività.

Għal aktar informazzjoni idħlu fuq www.asmk.org.mt jew https://www.facebook.com/groups/203516009664694/?ref=br_rs jew https://www.facebook.com/asmk1985/?ref=br_rs. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew fuq 9942 5489.

Rittrati ta’ Mario Micallef


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/autocross-u-motocross-monster-energy-nhar-il-hadd-fta-qali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.