Attivitajiet tal-Ħamrun Spartans bit-tema Promozzjoni Premier Division

Wednesday, March 9, 2016, 15:27

Attivitajiet tal-Ħamrun Spartans bit-tema “Promozzjoni Premier Division – Flimkien ħa naslu”

Il-Ħadd 21 ta’ Frar laqgħa għall-partitarji gewwa l-Club tal-Ħamrun Spartans fl-10.00am.  Tingħata informazzjoni importanti dwar il-qagħda prezenti tal-klabb u l-pjanijiet għall-futur.

Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar gewwa c-Centru tal-Ħamrun Spartans Football Nursery fit-8.30pm - Wine and Pizza li fiha se j’attendu l-players tal-Ħamrun Spartans.

Is-Sibt 27 ta’ Frar fil-11.30am gewwa l-Valentine Hall – Ħamrun, qabel il-partita mistennija kontra l-Gzira United, se jigi organizzat “Pre-Match Gathering” fejn is-Supporters huma mhegga li jagħtu l-kurragg u s-Support lill-players tal-Ħamrun Spartans.

Il-Kumitat Ezekuttiv jagħmel appell lill-partitarji Ħamrunizi li issa huwa s-siegħa tal-prova biex juru kemm għandhom l-istess klabb għall-qalbhom billi j’attendu dawn l-attivitajiet bi ħġarhom.





Leave a comment