Attivita’ ta divertiment ghat tfal organizzata mill Inter Club Pupi Zanetti Malta

Monday, August 3, 2015, 13:24

Inter Club PUPI Zanetti Malta organizzat it-2 edizzjoni ta’ attività ta’ divertiment għat-tfal inqas ixxurtjati tal-komunità Maltija taħt il-patroċinju tal-E.T.Marie Louise Coleiro Preca, il-President ta’ Malta, fil-Palazz Verdala, l-Buskett.

Kienet attività li t-tfal kollha ċertament se jiftakru hekk kif ipparteċipaw f’numru ta’ logħob mħejjija mill-kumpanija ta’ divertiment Hip Hip Hurra! u Alfred l-magician. Barra minn hekk il-kantanti popolari Fabrizio Faniello, Gaia Cauchi u Amber għamlu atmosfera sabiħa

permezz tal-mużika fi ħdan il-Palazz Verdala. Uffiċjali ta’ St. John’s Ambulance kienu preżenti biex jagħtu l-assistenza tagħhom jekk meħtieġ.

Il-President tar-Repubblika kienet preżenti għal din l-okkażjoni speċjali fejn iltaqgħet mat-tfal kollha u ma’ l-amministraturi tad-djar, fejn iddiskutiet rigward id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. Hija faħħret l-inizjattiva meħuda mill-kumitat ta’ Inter Club PUPI Zanetti li minbarra l-promozzjoni tat-tim ta’ FC Internazionale Milano ġewwa Malta , irnexxielu ukoll joħloq avvenimenti biex jassistu l-komunità Maltija. L-E.T. irringrazzjat wkoll lil Mons. Victor Zammit McKeon għad-dedikazzjoni sħiħa tiegħu, u assistenza li jipprovdi għad-djar kollha. Il-

President tal-Inter Club PUPI Zanetti Malta, Paul Fenech irringrazzja lil E.T. Marie-Louise Coleiro Preca ta’ l-ospitalità sabiex dan l-avveniment seta’ jsir ġewwa r-residenza tas-sajf tagħha u ġiet ippreżentata b’ ġest ta’ ringrazjament.

Mingħajr l-għajnuna ta ‘diversi individwi u kumpaniji, dan l-avveniment ma kienx ikun ta’ suċċess. Paul Fenech f’isem il-kumitat irringrazzja lill-isponsors kollha, inkluż Dolceria Percius; Chairs Gino (Qormi); Dj Bon Sound & Music Enterainment; Hip hip Hurrah!; Alfred il-magician; Fabrizio Faniello; Les Chic Diamond Dancers; Gaia Cauchi; Amber Bondin; Playmobil; Nectar Group of Companies; Charles Darmanin & Company Limited; General Soft Drinks; Consolidated Biscuits Co Ltd; Mediterranean Ceramics u wkoll grazzi speċjali lill-voluntiera kollha li taw l-għajnuna tagħhom waqt l-avveniment, speċjalment bil-koordinazzjoni u t-tqassim ta ‘ikel u xorb tat-tfal.

Dan kien wieħed mill-ħafna avvenimenti organizzati mill Inter Club PUPI Zanetti Malta. Fil-ġimgħat li ġejjin il-leġġenda u l-Viċi President ta’ Inter Javier Zanetti se jżuru Malta ghall-avvenimenti organizzati b’risq il-Fundacion PUPI. Aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.





Leave a comment