AtoZ Electronics Athleta u Floriana Cafè Del Mar fil-finali

Monday, December 15, 2014, 19:31

TAZZA LOUIS BORG IRĠIEL

minn Colin Schembri

Cynergi Virtus 77

A to Z ElectronicsAthleta 75

(14-18)(17-21)(29-15)(17-21)

Kif mistenni l-partita bjen dawn iż-żewġ timijiet kienet waħda missielta tant li r-riżultat finali ħalla kollox miftuħ għat-tieni leg. Bl-eċċezzjoni ta’ Anton Axiaq iż-żewġ timijiet kienu bl-aħjar formazzjoni tagħhom. Athleta bdew tajjeb u kellhom il-baskets ta’ Chad Patus u trippla ta’ Roderick Vella. Virtus wieġbu bil-punti ta’ Evan Bruinsma u David Bugeja u fit-tmien minuta ġabu l-iskor indaqs 9-9. Athleta reġgħu marru minn fuq bi trippla oħra ta’ Vella u l-punti ta’ Patus u Michael Naudi biex temmew it-taqsima 18-14 minn fuq. Huma komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla ta’ Patus u aktar baskets minn Naudi u f’nofs it-tieni perjodu kellhom vantaġġ ta’ 9 punti 29-20. Virtus reġa’ kellhom il-punti ta’ Bugeja, Graham Coleiro qabel ma Athleta kabbru l-punteġġ tagħhom permezz ta’ Patus. Fl-aħħar attakk Shawn Pace għamel trippla għal Virtus biex Athleta daħlu jistrieħu 39-31 minn fuq.

Fit-tielet perjodu l-istorja nbidlet għaliex Virtus approfittaw minn sensiela ta’ turnovers minn Athleta u għaqqdu break ta’ 11-0 bi trippla ta’ Peter Shoults u l-punti ta’ Bruinsma u Robert Bonnici. Athleta għal darbtejn ġabu l-iskor indaqs  però Virtus komplew b’run oħra ta’ 10-2 biex temmew is-sessjoni 60-53 minn fuq. Fl-aħħar perjodu iż-żewġ timijiet kellhom il-mument tagħhom fejn Virtus kellhom erba’ punti biex kabbru d-distakk għal disa’ punti 64-55. Hawn Athleta wettqu rimonta u kellhom run ta’ 9-0 b’żewġ baskets ta’ Naudi u trippla ta’ Omar Said. Virtus reġgħu ħadu l-vantaġġ wara trippla ta’ Shoults iżda Athleta kellhom żewġ three pointers minn Steve Schembri u sat-tmiem iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin biex Virtus rebħu l-partita 77-75

Cynergi Virtus: S. Pace 13, D. Bugeja 17, R. Bonnici 4, T.Gatt, A. Schembri, E. Bruinsma 25, A. Felice Pace, I. Buldakov, G. Coleiro 2, P. Shoults 16, F. Bartolo.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 17, R. Vella 10, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 22, A. Aquilina 2, M. G. Montaldo, O. Said 13, M. Gouder, I. Tanti 2, S.Schembri 9.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Cesar Baena.

Bupa Luxol 64

 

Floriana Cafè Del Mar 88

(10-19)(13-28)(15-15)(26-26)

Floriana Cafè Del Mar kisbu rebħa komda fuq Bupa Luxol biex kellhom diġa sieq waħda fil-finali wara rebħa ta’ 24 punt 88-64. Floriana llimitaw ħafna l-ħsara li s-soltu jagħmel Orlando Rutledge u kellhom lil Nick Oudendag juri li qiegħed jidħol akar fil-logħba Maltija u kienu mingħajr Marco Mercieca li kellhi injury serja li se żżommhu l-bogħod mil-logħba għal numru kbir ta’ xhur. Floriana bdew bi tlett three pointers, tnejn minn Nigel Sultana u ieħor ta’ Lee Ross biex wara erba’ minuti kienu 11-0 minn fuq. Wara time-out, Luxol tejjbu l-logħba tagħhom u kisbu seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Jean Paul Schembri. Floriana kellhom il-punti ta’ Oudendag u Sultana biex temmew l-ewwel sessjoni 19-10 minn fuq. Floriana komplew iżidu l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni b’aktar punti ta’ Sultana flimkien ma’ Oudendag u Clayton Calleja.  Luxol bdew iwieġbu bejn il-breaks qosra ta’ Floriana u kellhom il-punti ta’ Jean Paul Bonnici u trippla ta’ CJ Cordina flimkien ma’ Rutledge però Floriana daħlu jistrieħu 47-23 minn fuq.

Fit-tieket taqsima, l-punti naqsu xi ftit u l-partita kienet aktar bilanċjata. Luxol kellhom trippla oħra minn Bonnici u l-punti ta’ Abraham Portelli. Għal Floriana wieġeb Dirk Schembri li kellhu erba’ baskets flimkien ma’ Ross u Oudendag. Fl-aħħar taqsima l-punti komplew ġejjin b’ritmu tajjeb fuq iż-żewġ naħat però Floriana dejjem baqgħu jżommu vantaġġ konsistenti. Lejn it-tmiem Luxol irnexxielhom jagħmlu break ta’ 11-3 bi trippla ta’ Rutledge bi Floriana jagħlqu l-partita bil-punti ta’ Ross biex ħarġu rebbieħa 88-64.

Bupa Luxol: CJ Cordina 7, A. Portelli 2, J. Willoughby, JP Schembri 3, N. Andrejevic, S. Visser, O. Rutledge 30, A. Micallef Trigona 8, JP Bonnici 12, S. Capello 2.

Floriana Cafe Del Mar: N. Oudendag 23, L. Ross 17, N. Sultana 16, S. Borg, N. Vasovic 12, C. Calleja 4, D. Schembri 10, S. Detemmerman, O. Shamala, D. Agius 6.

Referees: Gordon Barbara, Ceara Baena, Luis Abuin.

 

AtoZ ElectronicsAthleta 88

Cynergi Virtus 73

(23-13)(22-16)(18-16)(25-28)

Ic-champions AtoZ Electronics Athleta kellhom wirja mill-aqwa fit-tieni leg tas-semifinali tagħhom kontra Cynergi Virtus u ma rrepettewx it-turnovers li kellhom ġurnata qabel. Virtus, kuntlarju għal dak li darrewna bih, irrikorrew għal logħob individwali li ma wassalhomx għar-riżultat li xtaqu. Lejn tmiem it-tieni sessjoni nċident bejn Omar Said u Evan Bruinsma deher li ħoloq kommossjoni però s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal fi ftit minuti. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat fejn wara trippla ta’ Robert Bonnici u basket ta’ Bruinsma ta l-ewwel u l-uniku vantaġġ lil Virtus f’din il-partita. Athleta kellhom il-punti ta’ Isaac Tanti u Said biex marru 14-9 minn fuq. Huma komplew bi trippla ta’ Steve Schembri u l-baskets ta’ Patus u Naudi għal skor ta’ 23-13. Fit-tieni taqsima Athleta kabbru l-vantaġġ b’aktar punti minn Naudi, Patus u Schembri. Wara li Virtus irrispondew bil-punti ta’ Bruinsma, Peter Shoults u trippla ta’ Shawn Pace, Athleta kellhom mument ieħor tajjeb bi break ta’ 10-0 b’żewġ trippli ta’ Said u oħra ta’ Patus biex daħlu jistrieħu 45-29 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Athleta bdew bi three pointer minn Roderick Vella però Virtus kellhom ir-risposta minn Bruinsma fosthom trippla però kull darba li bdew jersqu viċin sabu lil Athleta jirrispondu u jżommu vantaġġ komdu. Athleta kellhom it-trippli minn Schembri u Vella biex kienu għadhom 18 minn fuq fi tmiem it-taqsima 63-45. L-aħħar perjou kien l-aktar wieħed li kellhu punti u Virtus bdew tajjeb bil-punti ta’ Bruinsma u naqqsu d-distakk għal 13 –il punt u 11 bl-aggregate 72-59 fis-sitt minuta. Virtus komplew bi trippla oħra ta’ Bonnici però Vella wkoll wieġeb bi trippla għall-Athleta. Sat-tmiem il-partita Athleta baqgħu jikkontrollaw biex rebħu l-partita 88-73 u qatgħu passaġġ għal finali.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 12, R. Vella 11, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 32, A. Aquilina, M. G. Montaldo, O. Said 9, M. Gouder, I. Tanti 12, S.Schembri 12.

Cynergi Virtus: S. Pace 5, D. Bugeja 17, R. Bonnici 8, T. Grech, A. Schembri, E. Bruinsma 35, A. Felice Pace, I. Buldakov, G. Coleiro, P. Shoults 8, F. Bartolo.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Cesar Baena.

Floriana Cafè Del Mar 73

Bupa Luxol 63

(22-19)(21-19)(15-5)(15-20)

Floriana Cafè Del Mar kisbu post fil-finali fejn wara li rebħu l-ewwel leg b’distakk ta’ 24 punt, rebħu wkoll it-tieni leg kontra Bupa Luxol 73-63. Kif għamlu fl-ewwel leg, it-team Furjaniż bdew tajjeb u marru 8-0 minn fuq bi trippla ta’ Nikola Vasovic. Luxol kellhom ir-risposta ta’ Jean Paul Bonnici fosthom trippla però Vasovic kompla sejjer bil-punti tiegħhu biex Floriana kienu 16-7 minn fuq fis-sitt minuta. Luxol wieġbu bi break ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk għal żewġ punti 16-18 u s-sessjoni ntemmet bi Floriana fuq quddiem 22-19. Luxol żammew il-pass mal-avversarji matul l-ewwel ħinijiet tat-tieni sessjoni però Floriana kellhom run ta’ 10-3 biex marru 10 minn fuq 38-28. Hawn Luxol kellhom break ieħor ta’ 8-0 però Floriana wieġbu bi trippla ta’ Lee Ross u daħlu jistrieħu 43-38 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Luxol bdew b’żewġ baskets ta’ Rutledge biex naqqsu d-distakk għal punt 42-43. Hawn Floriana reġgħu wieġbu bi trippla ta’ Nigel Sultana u diversi baskets ta’ Nick Oudendag  biex sa’ tmiem it-taqsima reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 15 –il punt 58-43. Fl-aħħar perjodu Floriana kellhom trippla oħra ta’ Ross u punti minn Sultana. Luxol, b’Rutledge fouled out, kellhom risposta tajba bi break ta’ 16-0 u fis-seba’ minuta reġgħu naqqsu d-distakk għal basket 61-63. Hawn Floriana reġgħu ħadu l-partita f’idejhom u kellhom il-punti ta’ Omar Shamala u David Agius biex rebħu l-partita 73-63.

Floriana Cafe Del Mar: N. Oudendag 26, L. Ross 14, N. Sultana 8, S. Borg 2, N. Vasovic 17, C. Calleja, D. Schembri, S. Detemmerman, O. Shamala 4, D. Agius 2.

Bupa Luxol: CJ Cordina 2, A. Portelli 4, J. Willoughby 8, JP Schembri 2, S. Visser, O. Rutledge 15, A. Micallef Trigona 3, JP Bonnici 19, S. Capello 10.

Referees: Gordon Barbara, Ceara Baena, Luis Abuin.





Leave a comment