- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

AtoZ Electronics Athleta leaders assoluti

Posted By sportinmalta1 On February 9, 2015 @ 7:23 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 71

Floriana Cafè Del Mar 94

(13-23)(24-29)(18-17)(16-25)

Floriana Cafè Del Mar irritornaw lura għar-rebħ meta bdew it-tieni round b’rebħa komda kontra Bupa Luxol 94-71. Mark Henniger kellhu prestazzjoni ferm aħjar minn dik tal-aħħar ħarġa fejn kellhu 33 punt u 30 rebound. Luxol irkupraw lil Jean Paul Schembri fil-waqt li Floriana kellhom nieqes lil David Agius. Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ tal-logħba bil-punti ta’ Henniger u Lee Ross u marru 13-4 quddiem fis-seba’ minuta. Luxol wieġbu b’punti minn Thomas Staton u Stefan Capello  u trippla ta’ CJ Cordina però punti konsekuttivi ta’ Henniger raw lil Floriana jtemmu l-ewwel taqima fuq quddiem 23-13. It-tieni sessjoni fetħet bil-punti fuq kull naħa però Floriana kellhom run oħra ta’ 10-0 inkluża trippla minn Lee Ross biex żiedu l-vantaġġ tagħhom 37-17. Luxol kellhom il-baskets minn Abhraham Portelli u Jean Paul Bonnici u komplew bi break ta’ 15-6 bi Staton jagħmel trippla u fil-halftime Luxol naqqsu d-distakk 52-37.

Madankollu, wara l-intervall, Floriana reġgħu għal darb’oħra fetħu qawwiu għamlu run ta’ 8-0 bil-punti minn Henniger, Nikola Vasovic u Nigel Sultana. Cordina kellhu trippla oħra għal Luxol flimkien ma’ Bonnici. Luxol komplew is-sessjoni bi break ieħor ta’ 10-2 run b’aktar punti minn Staton għal punteġġ ta’ 69-55. Fl-aħħar sessjoni, Floriana kellhom l-aħjar bidu b’diversi three pointers minn Vasovic, David Camilleri u Ross hekk kif huma għamlu run ta’ 17-2 fl-ewwel 4 minuti. Henniger ukoll kompla jżid il-punteġġ tiegħhu u minkejja li Luxol kellhom il-punti ta’ Staton u Jean Paul Schembri, Floriana kienu fil-kontroll totali tal-logħba Fl-aħħar 2 minuti Luxol għamlu run ta’ 8-0 run hekk kif Floriana utiliżżaw il-players ta’ fuq il-bank però xorta rebħu l-logħba 94-71.

Bupa Luxol: CJ Cordina 8, A. Portelli 11, J. Willoughby, JP Schembri 2, S. Visser, T.Staton 34, A. Micallef Trigona, JP Bonnici 10, S. Capello 6.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 33, D. Camilleri 8, N. Sultana 6, S. Borg 2, L. Ross 16, N. Vasovic 14, C. Calleja 11, D. Schembri 4, S. Detemmermann, O. Shamala.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Cynergi Virtus 67

AtoZ Electronics Athleta 69

(11-18)(17-18)(19-19)(20-14)

Ic-champions Atoz Electronics Athleta huma l-leaders assoluti tal-kampjonat BOV hekk kif huma għelbu lil Cynergi Virtus 69-67 grazzi għal basket mill-Kanadiż Chad Patus fl-aħħar sekonda tal-logħba. F’antiċipazzjoni għal finali tal-BOV knock-out bejn l-istess żewġ timijiet, iż-żewġ naħat offruti partita divertenti. Peter Shoults kien l-uniku player assenti hekkkif it-tama ta’ Paul Ferrante hi li jirkuprah għall-finali. Athleta rkupraw lil Roderick Vella li kien tilef l-aħħar ħarġta tagħhom. Athleta kellhom l-aħjar bidu meta marru fuq quddiem bil-punti ta’ Michael Naudi, Isaac Tanti u Patus. Vella kellhu three pointer fis-seba’ minuta għal skor ta’ 18-6 iżda qabel intemmet is-sessjoni Virtus kellhom ħames punti minn Mike Bruesewitz u David Bugeja bi trippla għal skor ta’ 18-11. Fit-tieni sessjoni Virtus bdew inaqqsu d-distakk u kellhom trippla minn Bruesewitz flimkien ma’ basket ieħor minn Bugeja. Athleta wieġbu wkoll bi trippla oħra minn Vella u punti minn Omar Said. Wara li Bugeja kellhu trippla għal Virtus, Athleta marru għal-mistrieħ 8 punti fuq quddiem wara trippla ta’ Patus 36-28.

Fit-tielet sessjoni, Virtus fetħu qawwi bi break ta’ 12-0 b’żewġ trippli minn Bruesewitz u punti minn Anton Axiaq. Il-coach tal-Athleta Joe Galea ħtieġlu jagħjjat time-out u Athleta b’mod immedjat tejjbu l-logħba tagħhom kemm fid-difiża kif ukoll fl-attakk u dan irriżulta f’run ta’ 17-2 b’aktar trippli minn Patus u Andrew Aquilina u għal darb’oħra reġgħu ħadu l-vantaġġ 55-47. Fl-aħħar sessjoni, Athleta bdew bil-punti minn Vella u Tanti bi Bruesewitz iwieġeb għal Virtus. Virtus ġabu l-iskor indaqs 64-64 fis-seba’ minuta wara run ta’ 11-2 hekk kif Bruesewitz kiseb trippla oħra. Aquilina wkoll kellhu trippla għall-Athleta iżda Virtus ġew lura fl-aħħar sekondi bil-punti ta’ Axiaq u Bugeja u ġabu l-iskor indaqs 67-67. Virtus kellhom il-pussess imma wettqu turnover u l-ballun issa kien għand Patus u l-Kanadiż skorja b’inqas minn sekonda u Athleta rebħu l-logħba 69-67.

Cynergi Virtus: S. Pace 1, D. Bugeja 15, R. Bonnici 3, T. Grech, M. Falzon, M. Bruesewitz 33, A. Felice Pace, A. Axiaq 15, I. Buldakov, G. Coleiro, F. Bartolo.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 11, R. Vella 11, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 24, A. Aquilina 10, M. G. Montaldo, O. Said 5, M. Gouder, I. Tanti 8.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Remax Citadel Siġġiewi 75

Pavi Depiro 69

(23-14)(20-15)(19-23)(13-17)

Remax Citadel Siggiewi għandhom jikkunsidraw lilhom infushom fortunati ħafna li ma ħarġux b’idejhom vojta minn din il-partita. U meta jitqies li huma kienu 17 –il punt minn fuq fil-tielet sessjoni kien ikun diżappunt enormi għall-klann ta’ Ray Muscat speċjalment wara rebħa l-ġimgħa li għaddiet kontra Floriana. Benoit Bartolo għadu nieqes għal Siġġiewi fil-waqt li Depiro kienu mingħajr Daniel Farrugia, Ryan Zammit u Ryan Rizzo. Depiro fallew 11 –il free-shot fl-aħħar sessjoni speċjalment Marco Todorovic u tilfu diversi okkażjonijiet biex imorru fuq quddiem biex tilfu l-opportunità li jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun tagħhom. Siggiewi kellhom bidu tajjeb bil-punti minn Steve Sammut, Adrian Micallef, Rashanti Harris u trippla ta’ Billy Zammit. Depiro wieġbu b’punti minn Kurt Xuereb u Timothy Zammit bi trippla madankollu Siggiewi kienu 23-14 fuq quddiem fit-tmiem tal-ewwel taqsima. Siggiewi fetħu t-tieni sessjoni bi trippla oħra ta’ Sammut u gradwalment fetħu vantaġġ b’figuri doppji. Samuel Zammit u Josef Attard kellhom trippla għal Depiro iżda Harris u Sammut flimkien ma’ Micallef wieġbu għal Siggiewi li fil-half-time kienu 43-29 fuq quddiem.

Depiro bdew it-tielet sessjoni b’run ta’ 9-2 run bil-punti mill-aħwa Zammit u Marco Todorovic. Siggiewi kellhom 8 oħra minn Harris u Ryan Carabott biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 17-il punt 55-38. Depiro bdew ir-rimonta tagħhom b’żewġ three pointers minn Xuereb u Sassoun Saakian u b’Harris fuq il-bank b’foul trouble Todorovic kellhu sitt punti konsekuttivi u Depiro naqqsu d-distakk għal 10 punti 52-62. Fl-ewwel 8 minuti tal-aħħar sessjoni Siġġiewi kellhom biss trippla minn Billy Zammit. Depiro bdew inaqqsu d-distakk bil-mod iżda huma fallew seba’ free-throws minn tmienja bejn it-tielet u t-tmien minuta. Todorovic poġġa lil Depiro fuq quddiem fl-aħħar minuta 67-66. Finalment Siggiewi rnexxielhom jirrispondu bi trippla minn Steve Sammut u punti minn Marko Casar u rnexxielhom jieħdu r-rebħa 75-69.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 10, J.P. Antoncic, S. Sammut 26, M. Matijevic, R. Carabott 8, A. Micallef 8, M. Casar 3, R. Harris 14, M. Mallia 6, L. Grima.

Pavi Depiro: J. Attard 3, D. Schembri 2, T. Zammit 12, N. Grech, M. Todorovic 22, S. Zammit 14, K. Xuereb 11, M. Borg, S. Saakian 5.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta

6

5

1

11

526

423

Virtus Basket

6

4

2

10

452

408

Floriana Cafe Del Mar

6

3

3

9

502

474

Bupa Luxol

6

3

3

9

443

455

Remax Siġġiewi Citadel

6

3

3

9

389

423

Pavi Depiro

6

0

6

6

405

534


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/atoz-electronics-athleta-leaders-assoluti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.