- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

AtoZ Electronics Athleta jmorru 2-1 minn fuq

Posted By sportinmalta1 On April 24, 2014 @ 6:33 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 81

A to Z Electronics Athleta 85

(30-21)(13-32)(21-19)(17-13)

AtoZ Electronics Athleta reġgħu marru fuq quddiem fis-serje finali għar-rebħ tal-kampjonat Bank of Valletta meta għelbu lil Bupa Luxol 85-81 f’partita oħra missielta bħal ma kienu ta’ qabilha. Luxol tilfu lil Jean Paul Schembri, l-play-maker titulari tagħhom, li weġġa’ fil-partita ta’ qabel. Luxol reġa kellhom bidu tajjeb fejn bnew vantaġġ però Athleta kellhom rimonta fit-tieni perjodu u l-vantaġġ li kellhom baqgħu jikkontrollawh sat-tmiem. Il-partita bdiet bi three pointers fuq kull naħa minn Samuel Deguara għal Luxol u David Bugeja għall-Athleta. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin bil-Luxol jiftħu vantaġġ ta’ erba’ punti wara three pointer minn Micheal Myres Keitt. Wara iżjed punti minn Myres Keitt u Deguara għal Luxol, Athleta wieġbu bi three pointers minn Chad Patus u Shawn Pace. Hawn Luxol għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ CJ Cordina biex it-taqsima għalqet bil-Luxol fuq quddiem 30-21. Luxol kabbru l-vantaġġ għal 11 –il punt wara trippla ta’ Cordina u free-throws ta’ Myres Keitt. Athleta bdew ir-rimonta tagħhom bi break ta’ 12-2 bil-punti ta’ Omar Said u David Bugeja però Luxol baqgħu punt minn fuq 38-37. Huma kellhom trippla minn Vasovic u basket ta’ Deguara fis-sitt minuta però minn hemm ‘l quddiem ġew biss punti minn Athleta. It-team ta’ Joe Galea għamlu break ta’ 14-0 b’seba’ punti ta’ Omar Said fosthom trippla flimkien ma’ Patus, Bugeja u Steve Schembri biex daħlu jistrieħu 53-43 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol ħarġu tajjeb u għamlu break ta’ 9-2 bi trippla oħra ta’ Cordina u baskets ta’ Deguara. Il-punti tal-Athleta bdew ġejjin bil-mod sas-sitt minuta fejn kellhom biss żewġ baksets minn Patus u Kristin Baldacchino. Però hekk kif Luxol reġgħu naqqsu d-distakk għal 5 punti 54-59, Athleta għamlu break ieħor ta’ 10-0 b’żewġ three pointers oħra minn Said. Luxol tħabtu biex inaqqsu d-distakk però sat-tmiem kellhom biss freethrows b’Said ikollhu trippla oħra għal skor ta’ 72-64. Fl-aħħar sessjoni Athleta baqgħu jikkontrollaw minkejja li Luxol komplew jitħabtu. Myres Keitt kellhu trippla biex naqqas id-distakk għal seba’ punti 71-78 però Athleta rrispondew b’żewġ baskets ta’ Michael Naudi. Fl-aħħar sekondi kien hemm l-emozzjoniet laħqu l-qofol tagħhom hekk kif trippla oħra ta’ Myres Keitt ressqet lil Luxol 3 punti ‘l bogħod. Cordina tilef lay-up f’ħin verament kruċjali però Athleta m’approfittawx u reġgħu tilfu l-ballun. Iżda ankè Luxol naqsu li japprofittaw meta Myres Keitt kien sfortunat li żelaq u tilef il-ballun u finalment kien Steve Schembri li ssiġġila r-rebħa tal-Athleta bi free-throw għal skor finali ta’ 85-81.     

Bupa Luxol: C.J. Cordina 15,  M. Mercieca 2, A. Micallef, N. Andrejevic, J. Willoughby, N. Vasovic 9, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 31, A.Micallef Trigona, S. Deguara 24, S. Capello.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 6, D. Bugeja 17, C. Patus 19, C. Galea, K. Baldacchino 2, O. Said 25, S. Pace 6, D. Ross, W. Spiteri, S. Bischoff, S. Schembri 10.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Ritratt: BOV Club facebook – link: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.617761234965882.1073741882.243013872440622&type=1

Statistika…

 Luxol

 Free throws – 19 on 30

Baskets – 19 on 49

Three pointers – 8 on 25

Rebounds – 41

Assists – 10

Turnovers – 13

Steals – 13

Fouls Suffered – 22

Fouls Made – 13

 

Athleta

 Free throws – 13 on 22

Baskets – 24 on 42

Three pointers – 8 on 22

Rebounds – 41

Assists – 22

Turnovers – 20

Steals – 8

Fouls Suffered – 13

Fouls Made – 23


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/atoz-electronics-athleta-jmorru-2-1-minn-fuq/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.