AtoZ Electronics Athleta champions ġodda

Friday, May 2, 2014, 0:07

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 68

A to Z Electronics Athleta 77

(6-26)(20-18)(15-21)(27-12)

AtoZ Electronics Athleta huma c-champions il-ġodda tal-basketball Malti meta fil-ħames finali tal-kampjonat Bank of Valletta għelbu lil Bupa Luxol 77-68 fl-aħħar partita tal-istaġun quddiem padiljun ippakjat. Dan kien l-għaxar kampjonat mirbuħ minn Athleta fl-istorja tagħhom u t-tielet wieħed fl-aħħar erba’ staġuni. L-esperjenza tal-Athleta lagħbet rwol importanti f’din il-finali u huma kellhom bidu stupend tal-partita li tahom vantaġġ li kkontrollaw sat-tmiem. Luxol b’team żagħżugħ għandhom is-sodisfazzjon li waslu sal-finali fil-waqt li spiċċaw l-istaġun b’rebħ ta’ unur meta kienu rebħu t-tazza Louis Borg. Il-bidu tal-partita kien f’idejn l-Athleta li bi trippli ta’ David Bugeja u Steve Schembri flimkien ma’ Chad Patus marru 11-2 minn fuq wara erbgħa minuti. Luxol wieġbu b’żewġ baskets minn Marco Mercieca u Samuel Deguara però waqfu hemm. Mill-ħames minuta ‘l quddiem kien hemm biss il-punti tal-Athleta fi break ta’ 15-0. Omar Said bedha b’żewġ trippli u komplew Patus u Schembri flimkien ma’ aktar punti ta’ Said biex Athleta temmew l-ewwel perjodu 26-6 minn fuq. Fit-tieni sessjoni dehru aktar Deguara u l-Amerikan Michael Myers Keitt ta’ Luxol biex bdew inaqqsu l-iżvantaġġ li kellhom iżda pronta kienet ir-risposta tal-Athleta bi trippla minn Schembri. Nikola Vasovic ukoll kellhu trippla għal Luxol però Patus kellhu sensiela ta’ punti fosthom tlett three pointers biex fil-halftime Athleta kienu 44-26 minn fuq.

Wara l-intervall Athleta bdew b’ħames punti minn Michael Naudi biex mal-ewwel żiedu l-vantaġġ. Luxol kellhom break qasir ta’ 9-3 li għalquh bi three pointer minn Jean Paul Bonnici però Athleta kienu għadhom b’vantaġġ komdu ta’ 17 –il punt 52-35. Naudi, Patus u Bugeja komplew iżidulhom il-vantaġġ li reġa’ kiber għal 20 punt u saħansitra 24 punt fi tmiem it-taqsima wara trippla oħra tal-Kanadiż Patus. L-aħħar sessjoni bdiet bil-punti fuq kull naħa biex Athleta baqgħu komdi. Luxol kellhom żewġ trippli minn Myers Keitt u Vasovic b’Naudu jwieġeb għall-Athleta. L-aħħar sforz ta’ Luxol isarraf f’disa’ punti konsekuttivi ħafna minnhom bil-free-throws ta’ Myers Keitt però waslu biss sa’ sebgħa punti 68-75. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Patus u Schembri biex il-festa tal-Athleta setgħat tibda. Iċ-ċelebrazzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom meta s-Sur Peter Perotti Chief Officer Bank of Valletta ppreżenta t-trofew ta’ champions lil captain tal-Athleta Michael Naudi fost il-ferħ tal-players sħabu u l-partitarji tal-Athleta.        

Bupa Luxol: C.J. Cordina 2,  M. Mercieca 4, A. Micallef, N. Andrejevic, J. Willoughby, N. Vasovic 6, J.P. Bonnici 3, M. Myres Keitt 22, A.Micallef Trigona 3, S. Deguara 22, S. Capello.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 14, D. Bugeja 10, C. Patus 29, C. Galea, K. Baldacchino, O. Said 15, S. Pace, D. Ross, W. Spiteri, S. Bischoff, S. Schembri 9.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

Ritratti: BOV Club Facebook: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.621109681297704.1073741888.243013872440622&type=1

MBA Facebook page: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.519708611467955.1073741932.113448038760683&type=1

Statistika…

Luxol

Free throws – 10 on 12

Baskets – 23 on 64

Three pointers – 4 on 17

Rebounds – 53

Assists – 10

Turnovers – 14

Steals – 5

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 21

Athleta

Free throws – 12 on 20

Baskets – 19 on 43

Three pointers – 9 on 24

Rebounds – 46

Assists – 21

Turnovers – 14

Steals – 6

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 18





Leave a comment