AtoZ Electronics Athleta bl-ewwel rebħa

Monday, April 14, 2014, 18:16

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 85

A to Z Electronics Athleta 94

(25-20)(13-24)(18-29)(29-21)

AtoZ Electronics Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ fil-finali tal-kampjonat BOV meta għelbu lil Bupa Luxol f’partita ta’ skor għoli 94-85. Il-partita kienet bilanċjata għal ċertu ħinijiet però Athleta rnexxielhom jibnu vantaġġ sabiħ ta’ 19 –il punt lejn tmiem it-tielet sessjoni u minkejja l-aħħar sforzi ta’ Luxol fl-aħħar taqsima huma ma rnexxielhomx idawwru r-riżultat biex Athleta marru 1-0 minn fuq fis-serje finali. Iż-żewġ timijiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom.  Il-partita ħadet svolta mportanti fl-ewwel sessjoni meta Samuel Deguara kkometta t-tielet foul u kellhu jqatta ħin twil fuq il-bank u ma setgħax jiddefendi bl-aħjar mod kif ukoll l-Amerikan Michael Myres Keitt beda tajjeb iżda għal ħin twil fil-partita kien imrażżan minn Steve Schembri li flimkien mal-captain Michael Naudi u l-Kanadiż Chad Patus reġgħu kienu fost l-aħjar players fil-partita. Kienu Luxol li ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Myres Keitt u Deguara u sa’ nofs is-sessjoni kienu 11-5 minn fuq fejn kellhom ukoll il-punti ta’ Adrian Micallef. Hawn iżda kellhu jinbidel Deguara u sensiela ta’ freethrows minn Patus ressqu lil Athleta viċin. L-istess player kellhu trippla flimkien ma’ oħra ta’ Schembri biex Athleta marru fuq quddiem 20-17. Iżda fl-aħħar żewġ minuti kienu Luxol li għamlu 8 punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Myres Keitt biex temmew l-ewwel taqsima 25-20 minn fuq. Fit-tieni perjodu Luxol bdew bil-punti ta’ Nikola Vasovic biex żiedu d-distakk. Hawn Athleta kellhom il-punti ta’ Naudi u Patus biex naqqsu d-distakk però Luxol kienu għadhom sitta minn fuq 34-28 fir-raba’ minuta wara żewġ baskets ta’ Micallef. Hawn Athleta kellhom mument mill-aqwa fejn ħasdu lill-avversarji bi break ta’ 12-0 bi tlett baskets minn Omar Said u trippla ta’ Kristin Baldacchino biex marru sitta minn fuq 40-34. Id-dħul lura fil-court ta’ Deguara għen lil Luxol biex inaqqsu d-distakk iżda ma kienx biżżejjed u fl-intervall Athleta żammew il-vantaġġ ta’ sitt punti 44-38.

Fit-tielet taqsima, l-vantaġġ tal-Athleta kompla jikber b’aktar punti minn Patus, Naudi u Schembri.  Luxol wieġbu permezz ta’ JP Schembri u Deguara  però l-vantaġġ tal-Athleta baqa’ b’figuri doppji wara aktar baskets minn Naudi u Schembri li bit-tieni trippla tiegħhu żiedu għal 16 –il punt 63-47 fit-tmien minuta. Athleta issa dehru fil-kontroll tal-partita u fetħu vantaġġ massimu ta’ 19 –il punt wara trippla minn Shawn Pace għalkemm Luxol naqqsu d-distakk b’baskets minn Marco Mercieca u Myres Keitt biex Athleta bdew ir-raba’ taqsima 17 minn fuq 73-56. Luxol bdew b’run ta’ 10-4 bil-punti ta’ Myres Keitt u Deguara biex naqqsu d-distakk għal 11 –il punt 66-77. Athleta waqqfulhom ir-run bi trippla ta’ Schembri  però Luxol għamlu break iehor ta’ 8-2 u d-distakk issa niżel għal 8 punti 74-82. Schembri, Patus u Said komplew iżommu lil Luxol ‘l bogħod u fil-ftit ħin li kien għad fadal,  Athleta komplew jikkontrollaw biex rebħu l-ewwel finali 94-85.   

Bupa Luxol: C.J. Cordina,  M. Mercieca 7, A. Micallef 8, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri 6, N. Vasovic 18, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 24, A.Micallef Trigona, S. Deguara 22, S. Capello.

AtoZ Electronics Athleta: M. Naudi 21, D. Bugeja 2, C. Patus 27, C. Galea, K. Baldacchino 5, O. Said 15, S. Pace 5, W. Spiteri, S. Bischoff, S. Schembri 19.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Teemu Helenius

Statistika…

Luxol

Free throws – 18 on 25

Baskets – 32 on 60

Three pointers – 1 on 16

Rebounds – 42

Assists – 10

Turnovers – 6

Steals – 5

Fouls Suffered – 21

Fouls Made – 19

Athleta

Free throws – 19 on 25

Baskets – 27 on 54

Three pointers – 7on 18

Rebounds – 44

Assists – 19

Turnovers – 12

Steals – 4

Fouls Suffered – 18

Fouls Made – 22





Leave a comment