Atleti Maltin jippartecipaw NABBA Universe 2013

Saturday, September 28, 2013, 11:08

Charmaine Debono u Priscilla Chalker ser ikunu qeghdin jirraprezentaw lill Malta fin – NABBA Universe.

Il-kompetizzjoni, li hija ta’ livell gholi fil- qasam tal- bodybuilding, ser issir nhar it- 12 ta’ Ottubru gewwa Southport fir- Renju Unit. Iz- zewg atleti Maltin ser ikunu qed jippartecipaw fil- kategorija Ms. Toned Figure. Charmaine u Priscilla ser ikunu akkumpanjati mill- President tan- NABBA Malta, is- sur Vince Balzan.

NABBA Malta, ilha il- fuq minn 25 sena torganizza u tghin diversi atleti Maltin sabiex jippartecipaw fil-kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati mill- assocjazzjoni NABBA, fejn inkisbu diversi unuri minn atleti Maltin. Is-sena l- ohra, Gilbert Cuschieri, li kien ir- rebbieh tal- overall fic- championships lokali, ikklassifika fit- tielet post fil- Mr Universe Class 3.

NABBA Malta theggeg lil poplu Malti sabiex juri is- support tieghu lil dawn l- atleti.





Leave a comment