Athletics: 2017 Olympic Day Run tinzamm il-Ħadd li ġej

Wednesday, June 14, 2017, 10:25

Il-Kumitat Maltija Olimpiku flimkien mal-Malta Amateur Athletics Assocation ser tospita L-Olympic Day Run, ġirja annwali, li hija parti miċ-ċelebrazzjoni tal-anniversarju tal-Moviment Olimpiku.

L-Olympic Day Run ser tkun imqassma f’tlett kategoriji, li huma mmirati sabiex jattiraw parteċipanti ta’ kull livell, irrispettivament mill-eta u kapaċita atletika.

Classical Run – 10k – Tibda mill-Love Monument, San Ġiljan u tibqa sejra matul ix-Xatt ta’ Tas-Sliema sal-Ġzira u lura.

Relaxed Run – 5k – Tibda mill- Love Monument, San Ġiljan, tibqa sejra matul ix-Xatt ta’ TasSliema, sal lukanda Preluna u lura.

Junior Run – 2.5k – Tibda mill- Love Monument, San Ġiljan, tibqa sejra matul ix-Xatt ta’ TasSliem, sal-monument tal-Familja u lura.

Il-Kumitat Olimpiku Malti tħeġġeġ lill-organizazzjonijiet u entitajiet biex jiffurmaw timijiet. IlKumitat Olimpiku Malti ser jippreżenta trofej għal l-ikbar gruppi fil- kategoriji li ġejjin: Skejjel, Kunsilli Lokali, Banek, Klabbs u Kumpanji.

Kull Grupp għandu jimla formola u jippreżenta qabel il-ġirja. Kull tim għandu jkollu rappreżentant li jirċievi l-trofew wara l-ġirja. Il-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas u kull parteċipant jingħata T-shirt u Ċertifikat ufficjali.

Applikazzjonijiet huma disponibbli fl-uffiċċji tal-Kumitat Olimpiku Malti kif ukoll fuq ilwebsajt – http://nocmalta.org/activities/olympic-day-run/

Applikazzjonijiet ser jigu aċċettati wkoll nhar il-Ħadd bejn is -7:00-07:30. Il-Girja se tibda fil 07:45 u ser ikun hemm l-ilma provdut matul ir-rotta.





Leave a comment