Athleta u Virtus jibdew il-play-offs bir-rebħ

Friday, March 20, 2015, 13:22

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

AtoZ Electronics Athleta 97

Bupa Luxol 53

(21-8)(22-6)(22-24)(22-15)

B’wirja mill-aqwa c-champions AtoZ Electronics Athleta bdew l-impenji tagħhom fil-play-offs b’rebħa fuq Bupa Luxol 97-53. Partita fejn Athleta wrew is-superjorita tagħhom fuq l-avversarji u sa’ mill-ewwel ħinijiet kienu dominanti. Luxol żammew il-pass biss fl-ewwel ħames minuti fejn l-iskor

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

kien għadu f’partita ta’ 6-6 wara punti minn CJ Cordina għal Luxol u Chad Patus għall-Athleta. Ic-champions imbagħad wettqu run ta’ 15-2 b’aktar punti ta’ Patus li kellhu trippla fil-waqt li kellhom ukoll three pointer minn Omar Said u baskets minn Michael Naudi u Roderick Vella għal skor ta’ 21-8. Fit-tieni taqsima, Athleta bdew b’żewġ baskets ta’ Isaac Tanti. Luxol kellhom biss tlett baskets f’din is-sessjoni, tnejn ta’ Thomas Staton u ieħor minn Andrew Micallef Trigona. Fl-aħħar żewġ minuti, Athleta għamlu run qawwija ta’ 18-0 fejn Said u Andrew Aquilina kellhom żewġ trippli kull wieħed flimkien mal-punti ta’ Patus u Naudi u fl-intervall kienu 53-14 minn fuq.

It-tielet taqsima kienet l-aktar waħda bilanċjata hekk kif Luxol tejjbu l-logħba tagħhom. Athleta bdew bi break ieħor ta’ 12-2 b’aktar three pointers minn Patus u Vella. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Staton flimkien ma’ Jean Paul Bonnici u Jean Paul Schembri però Athleta wieġbu bi trippla oħra minn Vella. Luxol ukoll wieġbu bit-three pointers ta’ Cordina u Staton però Athleta temmew is-sessjoni 75-38 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita hekk kif ic-champions kienu ċerti mir-riżultat. Huma bdew bi trippla oħra ta’ Vella bil-Luxol iwieġbu bil-punti minn Staton u Abraham Portelli. Lejn it-tmiem iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bl-Athleta jagħlqu l-partita bi trippla oħra ta’ Said biex rebħu l-partita 97-53.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 14, R. Vella 15, C. Patus 29, A. Aquilina 8, O. Said 19, M. Gouder 4, L. Stefanovic 2, I. Tanti 6.

Bupa Luxol: CJ Cordina 9, A. Portelli 9, JP Schembri 2, S. Visser, T.Staton 25, A. Micallef Trigona 4, JP Bonnici 4.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Cynergi Virtus 75

Floriana Cafè Del Mar 69

(24-17)(20-18)(16-17)(15-17)

Kif mistenni, din is-semi-finali kienet aktar bilanċjata u

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

missielta minn ta’ qabilha biż-żewġ timijiet viċin xulxin għal ħin twil però finalment kienu Cynergi Virtus li kisbu r-rebħa kontra Floriana Cafè Del Mar 75-69. Virtus kellhom lura lil Peter Shoults fil-waqt li Floriana rkupraw lil Dirk Schembri u kellhom il-preżenza fuq il-bank ta’ Marco Mercieca li għadu barra mill-logħob. Virtus kellhom run ta’ 12-0 fl-ewwel sessjoni u minkejja li Floriana rkupraw għal diversi drabi, qatt ma rnexxielhom jerġgħu imorru minn fuq. Virtus bdew il-partita b’żewġ baskets minn Anton Axiaq u punti ta’ Shawn Pace bi Floriana jwieġbu bi trippla ta’ Lee Ross li però kellhu partita kwieta. Floriana komplew b’run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Mark Henniger u Nigel Sultana u fis-seba’ minuta fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 17-12. Hawn waslet ir-run ta’ 12-0 minn Virtus fosthom il-punti konsekuttivi minn Mike Breusewitz biex temmew l-ewwel taqsima 24-17 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Floriana bdew b’ħames punti fosthom trippla ta’ David Camilleri. Virtus ukoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Pace u Shoults u żied l-vantaġġ għal 4 punti 30-26. Virtus komplew bi break ieħor ta’ 7-0 bi trippla ta’ Breusewitz però Floriana reġgħu ġew lura bi break ta’ 9-0 minn Henniger u trippla ta’ Camilleri. Virtus però għalqu t-taqsima b’seba’ punti fl-aħħar minuta u nofs fosthom trippla ta’ Breusewitz eżatt mat-tmiem biex daħlu jistrieħu 44-35 minn fuq.

Fit-tielet perjodu, Virtus żiedu l-vantaġġ wara punti minn Axiaq u Robert Bonnici. Floriana kellhom erba’ freethrows  però David Bugeja wieġeb bi trippla għal Virtus. Punti fuq kull naħa ħallew lil Virtus fuq quddiem hekk kif huma żiedu l-vantaġġ għal 11 –il punt 56-45 però Floriana kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Nikola Vasovic biex it-taqsima ntemmet bil-Virtus fuq quddiem 60-52. Fl-aħħar sessjoni Floriana bdew bil-punti ta’ Henniger biex naqqsu d-distakk għal erba’ punti. Breusewitz wieġeb għal Virtus, iżda Floriana komplew jagħfsu u trippla ta’ Camilleri ressqithom sa’ basket ‘l bogħod 64-66. Id-distakk saħansitra niżel għal punt fl-attakki ta’ wara però basket ta’ Bugeja reġa’ żied il-vantaġġ ta’ Virtus 71-68. Floriana ma rnexxielhom jiskurjaw fl-attakk tagħhom u Virtus kellhom il-punti ta’ Breusewitz boex rebħu l-partita 75-69.

Cynergi Virtus: S. Pace 6, D. Bugeja 20, R. Bonnici 2, T. Grech, M. Falzon, M. Bruesewitz 28, A. Felice Pace, A. Axiaq 14, A. Schembri, I. Buldakov, P. Shoults 5, F. Bartolo.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 33, M. Mercieca, D. Camilleri 12, N. Sultana 6, S. Borg, L. Ross 5, N. Vasovic 9, C. Calleja 2, D. Schembri 2, O. Shamala, D. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Programm tal-play-offs:

22-03-2014 – 13:00 – Bupa Luxol vs AtoZ Electronics Athleta

22-03-2014 – 16:30 – Floriana Cafè Del Mar vs Cynergi Virtus

 

29-03-2014 – 13:00 – AtoZ Electronics Athleta vs Bupa Luxol

29-03-2014 – 16:30 – Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar





Leave a comment