Athleta u Marvels jibdew il-kampjonat b’rebħa

Tuesday, October 25, 2016, 18:07

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 44

Gżira Athleta 73

(13-10)(12-20)(4-20)(15-21)

Friski mis-suċċess fis-St. James Hospital Shield, Gżira Athleta fetħu l-impenji fil-kampjonat b’rebħa kontra Starlites 73-44. Huma kellhom jistennew sa’ wara l-intervall biex jieħdu kontroll assolut tal-partita hekk kif Starlites offrew sfida denja fl-ewwel żewġ taqsimiet. Starlites marru 7-2 minn fuq fil-ftuħ tal-partita u wara tlett baskets minn Athleta, huma kellhom il-punti ta’ Luca Vella fosthom trippla għal skor ta’ 13-10. Run ta’ 8-0 minn Athleta fetħet it-tieni taqsima però Starlites baqgħu viċin bi trippla oħra ta’ Vella flimkien ma’ Chris Doublet. Athleta għalqu t-taqsima b’run oħra ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 32-25 minn fuq.

Wara l-intervall l-istorja kienet differenti hekk kif Athleta kienu dominanti u bdew mal-ewwel b’run ta’ 13-0. Starlites waqqfuhom b’basket ta’ Vella però Athleta komplew b’seba’ punti oħra għal skor ta’ 52-29. L-andament tal-partita baqa’ l-istess fir-raba’ taqsima fejn Athleta għamlu run oħra ta’ 15-2. Starlites kellhom l-aħħar break ta’ 12-2 fosthom trippla ta’ Matthias Schembri li serviet biex għamlu l-iskor aktar rispettabli bl-Athleta joħorġu rebbieħa 73-44.

Starlites: M. Azzopardi, L. Vella 13, C. Doublet 3, M. Vella, I. Pace 7, M. Schembri 5, O. Psaila, A. Cutajar, Q. Bugeja 10, A. Vella Cardona, A. Xuereb 6.

Gżira Athleta: J. Symmons 2, F. Mifsud Bonnici 12, J. Wait 6, J. Aquilina 2, L. Stefanovic 2, M. Gauchi Montaldo 6, M. Giusti 6, K. Thompson 24, R. Zammit, S. Vincic 8, M. Cilia 5, D. Buhagiar.

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef

Siġġiewi St. Nicholas 46

Marvels Power Plus 53

(2-3)(13-7)(12-20)(17-14)(2-9)

Din il-partita bdiet fuq sieq hażina però spiċċat b’mod kumbattut tant li kellha tmur għall-ħin barrani biex tiġi deċiża. Fil-fatt l-ewwel sessjoni kienet xotta għal kollox mill-punti kif jindika l-iskor ta’ 3-2 fejn l-uniċi żewġ baskets waslu fl-aħħar minuta. Fit-tieni perjodu l-affarijiet tjiebu xi ftit hekk kif iż-żewġ timijiet fetħu bi trippla kull wieħed minn Luke Azzopardi u Keith Scicluna. Siġġiewi komplew b’run ta’ 10-2 minn Hubert Agius u Scicluna biex fl-intervall kienu 15-10 minn fuq.

Wara l-intervall Siġġiewi żammew il-vantaġġ għal xi ħin però mbagħad kienu Marvels li bil-punti ta’ Darryl Pisani u Christian Briffa u kellhom żewġ runs ta’ 7-0 u 7-2. Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Roberto Alosco biex Marvels baqgħu 3 minn fuq 30-27. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi kellhom run oħra ta’ 8-2 biex reġgħu ħadu l-vantaġġ però Marvels reġgħu ġew lura u ġabu l-iskor indaqs. Minkejja li kien għad fadlilhom 18 –il sekonda pussess, Siġġiewi m’għarfux jiksbu l-basket tar-rebħa biex il-partita kellha tmur għal ħin barrani fuq skor ta’ 44-44. Hawn Marvels kienu dominanti fejn Siġġiewi għamlu biss basket wieħed bis-Suns jagħlqu l-partita bil-punti ta’ Jonathan Ransley biex rebħu l-partita 53-46.

Siġġiewi St. Nicholas: J. Carter, JP Antoncic 1, K. Scicluna 12, H. Agius 20, G. Agius 3, R. Alosco 8, R. Camilleri 2, C. Bezzina, K. Maruda, M. Ciantar.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 8,  L. Galea, D. Pisani 9, R. Curmi 5, D. Debattista 8, C. Camenzuli 3, M. Formosa, C. Briffa 8, M. Fenech, J. Ransley 12, K.Magri.

Referees: Emanuel Mangani, Igor Marjanovic.





Leave a comment