Athleta u Hibs jibdew il-play-offs bir-rebħ

Thursday, April 26, 2018, 18:16

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Gżira Athleta 78

Cynergi Depiro 67

(17-19)(21-15)(16-15)(24-18)

Gżira Athleta ħadu l-ewwel rebħa tagħhom fis-semifinali tal-play-offs meta għelbu lil Cynergi Depiro 78-67. Depiro b’team mibdul mill-partita tal-Ħadd li għadda fejn kellhom lura fl-iskwadra lil David Bugeja, David Camilleri u Nicholas Grech. Athleta kellhom lura lil Matthew Gouder. Din kienet is-seba’ darba li dawn iż-żewġ timiiet iltaqgħu kontra xulxin bl-Athleta dejjem joħorġu rebbieħa. Ir-rebounds speċjalment dawk fl-attakk minn naħa tal- Athleta kellhom fattur importanti f’din ir-rebħa. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn wara li Athleta fetħu bil-punti ta’ Michael Naudi u Jon Feiler, Depiro kellhom risposta minn Dominic Scafidi u Kurt Xuereb. Trippla ta’ l-istess Xuereb rat lil Depiro jibdew mument mill-aqwa fejn fost l-oħrajn kellhom run ta’ 10-2 b’żewġ three pointers ta’ Camilleri biex marru 19-10 minn fuq. Ray Muscat kien kostrett jagħjjat time-out u f’temp ta’ ftit minuti, Athleta għamlu seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Naudi biex it-taqsima ntemmet bid-Depiro basket minn fuq 19-17. Fit-tieni sessjoni Depiro baqgħu fuq quddiem wara t-tielet trippla ta’ Camilleri però hawn Athleta wkoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Ivan Mitrovic u Francesco Mifsud Bonnici f’run ta’ 9-2. Depiro reġgħu irkupraw bil-punti ta’ Scafidi u Xuereb qabel mal-Athleta kellhom seba’ punti oħra mingħajr risposta. Mill-ġdid kien Camilleri li waqqafhom bi three pointer iżda punti minn Mifsud Bonnici u Feiler raw lil Athleta jidħlu jistrieħu erba’ punti minn fuq 38-34.

Fit-tielet taqsima l-partita kompliet tkun interessanti hekk kif żewġ three pointers minn Bugeja u Andrew Aquilina raw lil Depiro jagħmlu l-iskor indaqs 42-42. Athleta rkupraw u għaqqdu break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Peter Shoults għal skor ta’ 54-49. Fl-aħħar taqsima, Athleta żammew lil avversarji ‘l bogħod minnhom minkejja li Depiro komplew jisfurzaw. Mument tajjeb minn Shoults flimkien ma’ Mitrovic u Feiler ra lill-Athleta jiftħu vantaġġ massimu ta’ 11 –il punt 68-57 hekk kif huma għalqu l-partita bil-punti ta’ Mitrovic u ħarġu rebbieħa 78-67.

Gżira Athleta: M. Naudi 17, B. Zammit, K. Liivamagi, P. Shoults 13, L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici 8, O. Said 5, M. Gouder, N. Xuereb, S. Vincic, I. Mitrovic 14, J. Feiler 21.  

Cynergi Depiro: E. Briffa, D. Bugeja 8, D. Camilleri 14, J. Attard, A. Aquilina 11, N. Grech 5, A. Attard, M. Mallia 2, K. Xuereb 13,M. Borg, D. Scafidi 14.

Referees: Emanuel Mangani, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Hibernians 83

Starlites GIG 62

(17-10)(20-22)(29-14)(17-16)

Fit-tieni semi-finali Hibernians ukoll ħadu l-ewwel rebħa fuq

Ritratt: Wally Galea

ic-champions Bupa Luxol 83-62. Hibs kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li għal Luxol Keith Dimech kien biss spettatur fuq il-bank għalkemm kellhom lura lil Dirk Schembri. Il-partita kienet bilanċjata speċjalment sal-intervall però fit-tielet sessjoni Hibs iddominaw biex fetħu vantaġġ komdu li setgħu jikkontrollaw sat-tmiem. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Hibs ikomplu b’run qasira ta’ 8-0 bi trippla ta’ Roderick Vella. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Schembri u Kyle Meyer però kienu l-Pawlisti li kellhom l-aħjar tmiem b’ħames punti bi three pointer minn Alvaro Lizaur għal skor ta’ 17-10. Fit-tieni perjodu kien hemm ir-risposta ta’ Luxol bil-punti ta’ Schembri u Meyer u komplew bi breal ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Nicola Vasovic u oħra ta’ Meyer u waslu sa’ basket ‘l bogħod 23-25. Hibs irkupraw u kellhom il-punti minn Chad Patus u Marco Matijevic flimkien ma’ Vella u Fabrizio Mariani biex fl-intervall kienu 5 minn fuq 37-32.

Fit-tielet taqsima, Hibs bdew b’erba’ three pointers, 2 ta’ Lizaur flimkien ma’ Patus u Vella biex kabbru l-vantaġġ għal 13 –il punt 49-36. Luxol ppruvaw jirkupraw però Hibs komplew b’run oħra ta’ 14-5 b’diversi punti ta’ Patus u Anton Axiaq  u għalqu bi trippla ta’ Vella għal skor ta’ 66-46. Fl-aħħar taqsima Hibs komplew jiddominaw, fejn wara li William Ahlberg li kellhu partita kwieta ferm għamel trippla għal Luxol, huma għamlu run oħra ta’ 12-0. Din tathom vantaġġ ta’ 29 punt u l-aħħar sforzi ta’ Luxol servew biss biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Hibs ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 83-62.

Hibernians: R. Vella 13, P. Attard 4, K. Sultana, L. Farrugia 12, S.Attard, I. Bonnett, L. Tardito, A. Axiaq 2, M. Matijevic 5, A. Lizaur 25, F. Mariani 1, C. Patus 25.

Bupa Luxol: CJ Cordina, M. Sjoberg, N. Vasovic 10, J. Mellilo, JP Schembri, K. Dimech, W. Ahlberg 12, D. Schembri 10, K. Meyer 28, A. Micallef Trigona 2.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak





Leave a comment