Athleta u Depiro jibdew b’rebħa

Monday, November 15, 2010, 12:22

File photo by Malcolm Sammut

File photo by Malcolm Sammut

Basketball: KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 66
A to Z Electronics Athleta 95
(12-22)(15-19)(23-29)(16-25)

Din il-partita fetħet il-kampjonat ta’ dan l-istaġun u A to Z Electronics Athleta friski mir-rebħ tas-shield, fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa fuq Bupa Luxol 95-66. Għall-Luxol deher għall-ewwel darba l-player mill-Maċedonja Petar Apcev. Wara bidu bilanċjat fejn kien hemm trippla fuq kull naħa minn Michael Naudi u Nikola Vasovic Athleta għamlu l-ewwel run ta’ 10-0 u marru 15-5 minn fuq. Luxol wieġbu bl-ewwel punti ta’ Apcev f’pajjiżna. L-Athleta rrispondew bil-punti tal-aħwa Schembri u baqgħu 10 minn fuq fi tmiem is-sessjoni 22-12. Fit-tieni perjodu punti minn Andrew Cremona u Apcev naqqsu d-distakk pero’ Athleta wieġbu bil-punti ta’ Omar Said biex baqgħu 10 minn fuq 28-18. Trippli ta Jean Paul Bonnici raw lil Luxol jersqu sitt punti minn taħt 24-30 pero Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 8-0 u daħlu jistrieħu 41-27 minn fuq.

Athleta baqgħu għaddejin bl-istess ritmu wara l-mistrieħ b’iktar punti minn Steve Schembri f’run oħra ta’ 8-0. Trippli ta’ Vasovic u Bonnici waqqfu din ir-run pero’ Athleta reġgħu għamlu break ta’ 13-0 u marru 64-33 minn fuq. Luxol naqqsu d-distakk b’iktar three pointers ta Bonnici u Robert Azzopardi u fit-tmiem is-sessjoni Athleta kienu 20 minn fuq 70-50. Athleta fetħu l-aħħar perjodu b’run qawwija ta 18-2 u l-partita kienet magħluqa. Sat-tmiem kien hemm spazju għall-players ta’ fuq il-bank ta’ Athleta li ħarġu rebbieħa 95-66.

Bupa: E. Bonello, M. Mercieca 7, R. Azzopardi 15, A. M. Trigona, P. Apcev 11, A. Costa 3, N. Vasovic 6, T. Paris 2, A. Cremona 2, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 20. S. Mizzi

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 28, J. Zammit, D. Schembri 11, E. Bezzina 2, M. Giusti, C. Galea, O. Said 17, C. Calleja 2, A. Bonnici 10, A. Ryan 3, S. Schembri 22

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Jean Paul Sammut

Tata Motors  Loyola 48
Depiro Mtarfa 70

(7-16)(17-20)(15-19)(9-15)

Depiro Mtarfa kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat kontra Tata Motors Loyola biex pattew għat-telfa kontra l-istess avversarji fil-logħob tas-Shield. Kuntrarju għal li ġara f’dik il-partita Loyola ma rrepetewx il-bidu li kellhom biex Depiro li kellhom wirja tajba ħarġu rebbieħa. Il-partita kellha bidu kwiet u fl-ewwel erba’ minuti kienu Depiro li kellhom l-ewwel vantaġġ ta’ punt 3-2. Għaddew żewġ minuti oħra biex reġgħu saru l-punti f’run ta’ 8-3 minn Depiro li sa tmiem is-sessjoni fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 16-9 li għalquh bi trippla ta’ David Bugeja. Depiro komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni perjodu li bdewh bill-punti mill-linja ta’ Roderick Vella. Wara basket ta’ Jovan Mihailovic għall-Loyola, Depiro għamlu break ta’ 10-0 u kienet trippla minn David Camilleri li waqqfet din ir-run. Pero sall-mistrieħ, Depiro żiedu l-vantaġġ għal 12-il punt 36-24.

Wara l-halftime Loyola ppruvaw inaqqsu d-distakk pero trippli ta’ Andrew Aquilina komplew iħallu lil Depiro b’distakk tajjeb u f’nofs is-sessjoni kienu 19 minn fuq 48-29. Wara time-out, Loyola għamlu run ta’ 9-2 biex naqqsu l-iżvantaġġ għal 12-il punt 50-38. Biss fl-aħħar minuta Depiro għamlu 5 punti oħra u fit-tmiem is-sessjoni kienu 55-39 minn fuq. Fl-aħħar perjodu Depiro komplew ikabbru l-vantaġġ għall 21 punt 64-43 u l-partita baqgħet f’idejhom sat-tmiem fejn għalquha b’żewġ baskets ta’ Jeffrey Gatt fi skor finali ta 70-48.

Tata Motors: S. Pace 5, B. Zammit  3, D. Camilleri 5, C. Cassar, S. Borg, M. Cilia, S. Vella 2, A. Axiaq 7, J. Mihailovic 10, J. Anastasi 6, J. Ransley 8, A. Tabone 7.

Depiro: R. Vella 17, J.P. Schembri, D. Bugeja 17, F. Agius, A. Aquilina 18, J. Gatt 5, J. Camilleri, E. Lupo 6, M. Mallia 7, I. Tanti, G. Mercieca.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro





Leave a comment