- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Athleta u Depiro fuq quddiem fi tmiem l-ewwel round

Posted By sportinmalta1 On January 6, 2014 @ 8:10 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Royce 71

 

Pavi Depiro 78

(17-23)(23-12)(13-22)(18-21)

Pavi Depiro kisbu rebħa f’partita missielta kontra c-champions Floriana Royce biex żammew posthom fl-ewwel postijiet tal-klassifika. Minn naħa l-oħra għac-champions din kienet it-tielet telfa tal-kampjonat u fil-mument jinsabu barra mill-playoffs iżda fadal round sħiħ u xejn m’hu deċiż. Għal Floriana kien hemm id-debutt tal-coach Ġermaniż Christoph Stolp iżda l-aħħar akkwist tagħhom Billy Zammit ma setax jiġi utiliżżat. Il-partita bdiet bid-Depiro jieħdu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Roderick Vella u Turrell Morris.L-ewwel punti ta’ Floriana ġew minn Peter Shoults li kellhu wkoll trippla flimkien ma’ Derek Elston. Depiro kellhom iktar punti minn Vella u Morris u basket ta’ Nigel Sultana u trippla ta’ Sam Bartolo f’run ta’ 11-2. David Camilleri wkoll kellhu trippla għal Floriana iżda ankè Morris għamel trippla għal Depiro li kellhom vantaġġ ta’ 11 –il punt 23-12. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Floriana fosthom trippla stupenda ta’ Elston minn tlett kwarti ta’ court biex naqqsu d-distakk 23-17. Floriana komplew jersqu viċin tal-avversarji fit-tieni taqsima u sat-tielet minuta ġabu l-iskor indaqs 25-25 wara baskets minn David Agius, Shoults u Elston. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn basket ta’ Morris iżda c-champions kellhom tlett trippli wara xulxin, 2 minn Camilleri u oħra ta’ Shoults u marru 8 minn fuq 36-28. Depiro wieġbu permezz ta’ Isaac Tanti u Abraham Portelli però kienu Floriana li daħlu jistrieħu minn fuq 40-35.

Wara l-intervall Depiro naqqsu d-distakk b’basket ta’ Bartolo iżda Floriana kellhom break ieħor ta’ 11-2 bi three pointers minn Elston u Camilleri biex kabbru d-distakk għal 12 –il punt 51-39. Depiro ma ċedewx minkejja dan l-iżvantaġġ u basket ta’ Bartolo u trippla ta’ Vella bdewlhom run ta’ 15-0 li fis-seba’ minuta rathom iġibu l-iskor indaqs 51-51 u basket ta’ Anton Axiaq poġġijhom fuq quddiem. Qabel intemm il-perjodu Vella kellhu trippla oħra għal skor ta’ 57-53. Fl-aħħar taqsima c-champions qatt ma rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ. Punti minn Dirk Schembru reqqsuhom basket ‘l bogħod 59-61 iżda Depiro wieġbu permezz ta’ Sultana u Morris. Floriana għamlu sforz ieħor u għaqqdu run ta’ 10-2 li bdewha bi trippla ta’ Camilleri u żewġ minuti mit-tmiem ġabu l-iskor indaqs 69-69. Hawn iżda reġa’ spikka Morris bi tlett baskets konsekuttivi li taw il-vantaġġ definittiv lil Depiro li rebħu l-partita 78-71.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 21, D. Camilleri 18, P. Shoults 10, S. Borg, C. Calleja 6, D. Schembri 10, S. Saakian, D. Agius 6.

Pavi Depiro: R. Vella 11, N. Sultana 10, T. Morris 31,  A. Aquilina 3, A. Portelli 5, S.P. Bartolo 9, A. Axiaq 7, E. Lupo, I. Tanti 2.

Referees: Steve Gouder, Emanuel Mangani, Stephen Micallef

Remax Citadel Siġġiewi 72

Bupa Luxol 69

(22-17)(27-15)(11-19)(12-18)

F’partita verament sabiħa Remax Citadel Siġġiewi għelbu lil Bupa Luxol b’distakk ta’ 3 punti 72-69 bit-three pointer tar-rebħa jiġi skurjat minn Alan Borg bi 18 –il sekonda fuq l-arloġġ. Luxol għamlu rimonta qawwija fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara l-intervall u dawwru żvantaġġ ta’ 17 –il punt u saħansitra marru minn fuq. Din il-partita rat jilgħabu għall-ewwel darba kontra xulxin il-ġganti Ivo Hoeger ta’ Siġġiewi u d-debuttant Samuel Deguara għal Luxol li minkejja r-riżultat nistgħu ngħidu li kellhu debutt sodisfaċenti. Għal Siġġiewi kien hemm ukoll ir-ritorn ta’ Chris Meier iżda kien nieqes Louis Camilleri. Siġġiewi bdew tajjeb bit-three pointers ta’ Lee Ross u Steve Sammut u fl-ewwel minuti kienu 8-4 minn fuq. Għal Luxol kien hemm it-trippla tal-Amerikan Michael Myers Keitt iżda Siġġiewi kellhom run ta’ 8-2 bi trippla oħra ta’ Ross u baskets ta’ Hoeger u Borg. Myers Keitt u Deguara wieġbu għal Luxol però Ross għamel it-tielet trippla tiegħhu u minkejja Luxol kellhom il-punti ta’ Deguara u Marco Mercieca, Siġġiewi temmew is-sessjoni 22-17 minn fuq. Fit-tieni perjodu Siġġiewi kellhom iktar punti minn Hoeger b’Myers Keitt u Deguara jwieġbu għal Luxol. Wara trippla ta’ Ross għal Siġġiewi u ta’ Mercieca għal Luxol, Siġġiewi kellhom run ta’ 15-4 bil-punti ta’ Marco Matijevic, Meier u Ross biex fl-intervall kienu 17 minn fuq 49-32.

It-team talk waqt il-mistrieħ minn John Tabone bdiet tħalli l-frott fit-tielet sessjoni għaliex Luxol ħarġu ferm aħjar u wara basket fuq kull naħa, huma kellhom run ta’ 10-0 bi tmien punti ta’ Deguara u tnejn ta’ Myers Keitt u naqqsu d-distakk għal seba’ punti 44-51. Siġġiewi kellhom żewġ baskets minn Meier u Borg u trippla ta’ Ross. Luxol għamlu ħames punti oħra u Siġġiewi temmew is-sessjoni 60-51 minn fuq. Wara basket minn Matijevic fil-bidu tar-raba’ taqsima, Luxol kellhom break ieħor ta’ 11-0 u b’Deguara fuq il-bank bir-raba’ foul, kien Myers Keitt li kisbilhom il-punti biex fit-tielet minuta ġabu l-iskor indaqs 62-62. Ross reġa’ wieġeb għal Siġġiewi bi trippla iżda Luxol kellhom sitt punti oħra u ħadu vantaġġ ta’ 3 punti 68-65. Hoeger għamel żewġ freethrows u n-naħa l-oħra Myers Keitt falla tnejn minn tlieta u Siġġiewi ġabu l-iskor indaqs fl-attakk ta’ wara b’basket ta’ Hoeger. Fl-aħħar 18 –il sekonda assist ta’ Hoeger lil Alan Borg isarraf fit-three pointer deċisiv għaliex Myers Keitt falla l-attentati ta’ wara biex Siġġiewi rebħu l-partita 72-69.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Meier 11, A. Debattista, S. Sammut 7, C. Sammut, E.Xuereb, N. Falzon, A. Borg 9, L. Ross 23, J.P. Antoncic, I. Hoeger 10, M. Mallia 8, M. Matijevic 12.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 5,  M. Mercieca 6, A. Micallef 5, A.Micallef Trigona 1, J. Willoughby, J.P. Schembri, N. Vasovic, J.P. Bonnici 2, M. Myres Keitt 28, S. Deguara 22, S. Capello.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara, Steve Gouder.

Starlites 67

 

A to Z Electronics Athleta 94

(11-31)(22-18)(14-22)(20-23)

Bidu qawwi minn A to Z Electronics Athleta kien biżżejjed għalijhom biex jieħdu ir-raba’ rebħa tal-kampjonat u jtemmu l-ewwel round fl-ewwel post flimkien ma’ Pavi Depiro. Athleta kellhom wirja verament posittiva meta bil-press tagħhom bdew jisirqu diversi blalen kif ukoll kellhom numru baxx ta’ turnovers. Għal Starlites bħas-soltu refa’ ħafna mill-piż Marco Todorovic. Athleta mal-ewwel bdew fuq l-offensiva bi break ta’ 15-2 wara l-ewwel erba’ minuti bi trippla ta’ Steve Schembri u baskets ta’ Chad Patus b’diversi assists minn Michael Naudi. Wara basket minn Graham Coleiro, Athleta komplew iżidu l-vantaġġ b’run oħra ta’ 12-2 bi Schembri jkollu trippla oħra flimkien mal-baskets ta’ Shawn Pace u Naudi u temmew is-sessjoni 31-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites qasmu iktar il-logħob mal-avversarji u wara li Athleta marru 38-15 minn fuq iż-żewġ timijiet qasmu tnax –il punt bejniethom bi tlett baskets fuq kull naħa. Starlites komplew jitjiebu u lejn tmiem it-taqsima għaqqdu break ta’ 8-0 bi trippli minn Todorovic u Robert Loporto u fl-intervall Athleta kienu 49-33 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-logħob kompla jkun maqsum hekk kif Athleta bdew bil-punti ta’ Chad Patus iżda Starlites wieġbu permezz ta’ Loporto u trippla ta’ Jeremy Curmi. Athleta għamlu sitt baskets oħra minn Said u Patus qabel intemm il-perjodu kellhom ukoll trippla ta’ Schembri u basket ta’ Said għal skor ta’ 71-47. Starlites fetħu l-aħħar taqsima b’basket ta’ Todorovic u trippla ta’ Saviour Bonnici qabel ma Athleta għamlu break ieħor ta’ 15-1 b’żewġ baskets minn Naudi flimkien mal-punti ta’ David Bugeja u Chad Patus. Sat-tmiem il-partita ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin għalkemm Starlites kellhom break qasir ta’ 7-0 biex naqqsu iktar id-distakk biex Athleta rebħu l-partita 94-67.

Starlites: M. Todorovic 31, R. Loporto 5, R. Bonnici 14, A. Schembri, S. Bonnici 8, J. Curmi 5, A. Cutajar, M. Vassallo , B. Soler 2, G. Coleiro 2.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 13, C. Galea, D. Bugeja 3, C. Patus 31, W. Spiteri 2, O. Said 9,  S. Pace 8, B. Bartolo 2, S. Bischoff 7, D. Ross 2, S. Schembri 17.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Stephen Micallef.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

5

4

1

9

387

332

Pavi Depiro

5

4

1

9

374

317

Remax Siġġiewi Citadel

5

3

2

8

325

296

Bupa Luxol

5

2

3

7

362

364

Floriana Royce

5

2

3

7

348

366

Starlites

5

0

5

5

280

401

 

Ritratt: Facebook Page MBA: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.468526856586131.1073741908.113448038760683&type=1


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/athleta-u-depiro-fuq-quddiem-fi-tmiem-l-ewwel-round/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.