Athleta u Bupa jibdew b’rebha

Monday, October 4, 2010, 10:33

minn Colin Schembri

Addison Bonnici - Athleta

Addison Bonnici - Athleta

A to Z Electronics Athleta 65
Siġġiewi Derby 54

(15-10)(21-12)(21-16)(8-15)

L-istagun tall-irgiel fetah bid-Detur Shield fejn iltaqghu il-finalisti tal-kampjonat li ghadda Athleta A to Z Electronics u c-champions Siggiewi Derby. Iz-zewg nahat kellhom tibdielet mill-istagun li ghadda b’Athleta issa minghajr Silvio Cassar pero bl-ahwa Steve u Dirk Schembri u Kristin Baldacchino. Siggiewi li tilfu lil Alex Tabone u Antoine Costa u b’Lee Ross ghadu mwegga inkludew lil Nigel Sultana u Alan Borg u lil Matthew Shoults u Alan Cutajar.
Athleta fethu qawwi u hasdu lil Siggiewi b’run ta’ 9-0 qabel ma Siggiewi ghamlu l-ewwel sitt punti taghhom ghal skor ta’ 9-6. Erba’ punti fuq kull naha zammew l-istess distakk pero Steve Schembri ghalaq is-sessjoni ghall-Athleta 15-10.

Athleta regghu fethu it-tieni sessjoni b’run ohra qawwija ta 12-2 bic-champions isibu diffikulta biex jaghmlu l-punti. Fil-fatt ma kienetx sorpriza li l-Athleta ghalqu t-tieni sessjoni f’vantagg ta’ 14-il punt 36-22.
Fit-tielet perjodu l-vantagg kiber ghall 21 punt hekk kif Steve Schembri ghamel tlett three pointers f’difiza laxka Siggiewija. Pero fl-ahhar sessjoni Athleta dehru li serrhu rashom mir-rizultat u Siggiewi approfittaw minn dan u fethu b’run ta’ 11-0 u d-distakk nizel ghal 8 punti 57-49 b’Joe Galea kostrett jiehu zewg time-outs. Fl-attakk ta’ wara Siggiewi tilfu l-ballun u Omar Said sammar trippla biex rega’ ta n-nifs lill-Athleta li ghamlu basket iehor immedjatament wara u regghu fethu vantagg ta’ 13-il punt 62-49. Dan kien bizzejjed ghalijhom biex jikkontrollaw l-ahhar minuti u johorgu rebbieha 65-54.

Athleta: M. Naudi 6. J. Zammit, D. Schembri 17, E. Bezzina 2, M. Giusti, C. Galea, O. Said 7, C. Calleja, A. Bonnici 14, K. Baldacchino 4, S. Schembri 15
Siġġiewi: P. Shoults , M. Shoults, A. Cutajar, J. Doughty, E. Xuereb, N. Sultana 8, A. Borg 7, A. Micallef 15, J. Jetson 2, M. Matijevic 7
Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile

Bupa Luxol 79
Tata Motors Loyola 66

(18-21)(20-14)(22-17)(19-14)

Bupa Luxol kisbu l-ewwel rebha tal-istagun fuq Tata Motors Loyola f’partita li fiha pprezentaw diversi zghazagh bhal Tom Paris li kellhu partita tajba u l-esperjenza ta Robert Azzopardi u Marco Mercieca. Loyola ukoll kellhom players godda fl-iskwadra taghhom bhal Joshua Anastasi u Alex Tabone.

Loyola fethu tajjeb bi trippli ta’ Stefan Vella u David Camilleri b’Paris u Azzopardi jwiegbu ghall-Luxol. Pero fit-tmiem l-ewwel sessjoni kienu Loyola li kellhom vantagg ta’ 3 punti 21-18. Fill-ftuh tat-tieni perjodu Luxol fethu b’run ta’ 8-0 u marru minn fuq 26-21. Zewg trippli konsekuttivi ta’ Azzopardi hallew lill-Luxol 37-33 minn fuq, vantagg li zammew sall-half time 38-35.

Three pointer ta’ Marco Mercieca fetah it-tielet perjodu segwit minn iehor ta Antoine Costa u fethu vantagg ta’ 11- il punt 48-37. Iz-zewg timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u t-tielet sessjoni ghalqet bi three pointer ta’ Billy Zammit ghall-Loyola u basket ta’ Mercieca ghall-Luxol li hallijhom 8 minn fuq 60-52. Il-punti kienu skarsi fill-bidu tal-ahhar perjodu sakemm waslet it-tieni trippla ta’ Mercieca ghall-Luxol li fethitilhom vantagg ta’ 13-il punt 67-54. Free throws minn Loyola ressquhom vicin pero Luxil zammew il-vantagg ta’ 10 punti 71-61. Three pointer minn Vasovic fetah l-ahhar run ta 6-0 minn Luxol li rebhu l-partita 66-79.

Bupa: E. Bonello, M. Mercieca 16, R. Azzopardi 22, A. M. Trigona 1, M. Micallef, A. Costa 5, N. Vasovic 7, T. Paris 13, A. Cremona 7, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 8.
Tata Motors: S. Pace 1, B. Zammit 9, D. Camilleri 17, C. Cassar 5, S. Borg, M. Cilia, S. Vella 9, A. Axiaq 3, J. Mihailovic 17, J. Anastasi 3, F. Nicastro, A. Tabone 2
Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Jean Paul Sammut





2 Comments

  1. Floriana4Ever says:

    Prosit Colin. Tista wkoll titfa r – rizulati kollha tal weekend. Specjalment tan nisa u 2nd divisoon. Grazzi.

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    Rapporti tal-loghob tan-nisa u tat-tieni divizjoni se jibdew johorgu fuq dan is-sit ukoll. Grazzi tall-kumment tieghek. Colin Schembri

    [Reply]

Leave a comment