Athleta kontra Siġġiewi u Floriana kontra Depiro fil-playoffs

Monday, March 26, 2012, 10:25

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

 

A to Z Electronics Athleta 62

Siġġiewi 59

(12-16)(23-17)(12-20)(15-6)

 

Athleta vs Siggiewi

Athleta vs Siggiewi

Ic-champions A to Z Electronics Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ fis-semi-finali tal-play-offs tal-kampjonat MSV Life meta għelbu lil Siġġiewi 62-59. Kif juri l-iskor, il-partita kienet kumbattuta tant li l-ebda team ma rnexxielhu jieħu xi vantaġġ sostanzjali. Athleta kellhom wirja tajba taħt il-board fejn kellhom 40 rebound kontra id-29 ta’ Siġġiewi. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni solita tagħhom fejn għal Siġġiewi Peter Shoults irritorna fil-court. Siġġiewi fetħu tajjeb bil-punti ta’ Chris Meier u Marco Matijivic biex ħadu l-ewwel vantaġġ 12-4. Ir-risposta tal-Athleta ġiet minn idejn Michael Naudi li kellhu wkoll trippla pero’ Siġġiewi temmew is-sessjoni 16-12 minn fuq. Iktar punti ta’ Meier ħallew lil Siġġiewi 7 minn fuq 21-14 fit-tielet minuta pero’ Athleta wieġbu bi trippla t’Omar Said u basket ta’ Kristin Baldacchino biex reġgħu resqu viċin. Louis Camilleri wkoll għamel trippla għal Siġġiewi pero’ hawn Athleta għamlu break ta’ 9-0 b’żewġ three pointers ta’ Steve Schembri. Alan Borg wieġeb għal Siġġiewi ukoll bi trippla pero’ Schembri għamel oħra qabel l-intervall biex Athleta daħlu jistrieħu 2 minn fuq 35-33.

Siġġiewi reġgħu fetħu tajjeb wara l-mistrieħ biex sar-raba’ minuta marru għal darb’oħra minn fuq 42-39. Said ippareġja bi trippla oħra waqt li Athleta għamlu run oħra ta’ 9-2 li poġġiethom minn fuq. Sa’ tmiem is-sessjoni waslu biss punti minn Siġġiewi fosthom trippla ta’ Shoults biex reġgħu ħadu l-vantaġġ 53-47. Fl-aħħar sessjoni c-champions naqqsu d-distakk għal basket 51-53 fl-ewwel tlett minuti. Matijevic u Meier ħallew lil Siġġiewi fuq quddiem pero’ Addison Bonnici u Marco Todorovic poġġew lil Athleta minn fuq 58-57. Basket ta’ Eman Xuereb ta l-aħħar vantaġġ lil Siġġiewi fis-siitt minuta hekk kif Athleta għamlu l-aħħar 4 punti kollha minn freethrows biex ħarġu rebbieħa 62-59.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 17, I. Buldakov, D. Bugeja, M. Todorovic 11,  M. Giusti, S. Schembri 9, O. Said 10, D. Schembri 2, A. Bonnici 11, K. Baldacchino 2.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 9, P. Shoults 8, E. Xuereb 4, A. Borg 8, K. Borg, C. Meier 19, C. Codomaris, M. Matijevic 11.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

 

Floriana Francesco Fenech 74

Depiro 67

(16-10)(16-23)(25-19)(17-15)

 

Floriana Francesco Fenech u Depiro spiċċaw fit-tieni u fit-tielet post tal-kampjonat u l-bilanċ bejn dawn iż-żewġ timijiet kompla jidher f’din l-ewwel play-off li Floriana rebħu bl-iskor ta’ 74-67. Sad-disa’ minuta tal-aħħar sessjoni basket biss kien jifred liż-żewġ timijiet u kien biss fl-aħħar minuta li Floriana serrħu rashom mir-riżultat. Inċident kurjuż ġara lejn tmiem it-tieni sessjoni meta r-referee internazzjonali Bernard Vassallo weġġa u ma setax ikompli l-partita li tkompliet b’żewġ referees. Floriana bdew tajjeb u b’Evan Fjeld miżmum tajjeb minn Isaac Tanti kien Chris Sammut li tahom il-vantaġġ. Depiro wieġbu permezz ta’ Adrian Micallef u trippla ta’ Greg Hamlin pero’ Floriana temmew l-ewwel sessjoni 16-10 minn fuq. Depiro ġew lura fil-ftuħ tat-tieni sessjoni meta trippla ta’ Nigel Sultana rathom jibdew run ta’ 10-0 biex marru 20-16 minn fuq wara l-ewwel erba’ minuti. Floriana ġew lura bil-punti ta’ Fjeld pero’ Andrew Aquilina b’żewġ trippli ħalla lil Depiro fuq quddiem 33-26.  Qabel l-intervall Floriana għamlu break qasir imma siewi ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal punt 32-33.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni Depiro komplew iżidu l-vantaġġ minkejja li sofrew technical foul kontra tagħhom. Fis-sitt minuta Floriana bdew run ta’ 10-2 magħluqa bi trippla tal-captain Ian Mercieca biex reġgħu marru minn fuq. Sad-disa’ minuta kien għad hemm parita ta’ 52-52 pero’ fl-aħħar minuta Floriana għamlu 5 punti biex bdew ir-raba’ u l-aħħar sessjoni 57-52 minn fuq. Is-sessjoni bdiet bi freethrow fuq kull naħa qabel ma’ Floriana għamlu run ta’ 9-0 li tathom vantaġġ ta’ 12 –il punt 67-55. Depiro ma ċedewx u baskets ta’ Micallef u Sultana flimkien ma’ Hamlin reġgħu ġabuhom 2 punti ‘l bogħod 65-67. Clayton Calleja għamel basket importanti għal Floriana li waqqaf ir-run ta’ Depiro u minkejja li Hamlin reġa wieġeb, free-throws ta’ Fjeld issiġilaw ir-rebħa ta’ Floriana fuq skor finali ta’ 74-67.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 22, I. Mercieca 7, S. Sammut 2, C, Calleja 7, A. Baldacchino, E. Fjeld 34, A. Sultana 2, M. Ciantar.

Depiro: R. Vella 9, JP Schembri, N. Sultana 9, A. Aquilina 8, A. Portelli 3, A. Micallef 14, E. Lupo, M. Mallia,  I. Tanti 4, G. Hamlin 20.

Referees: Bernard Vassallo,  Steve Gouder, Emanuel Mangani





11 Comments

  1. Edmund Farrugia says:

    I did the right thing by staying away from this game and instead enjoyed the good weather.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Ghalfejn Edmund?? Ghax mhux ihaluk thamel li trid?? jew ghax ma hemmx ex Athleta as a president?? U ejjaaa !! Dawn l affarijiet mhux f kull sport u kull ghaqda jigru…

    [Reply]

    Edmund Farrugia Reply:

    You got it all wrong as the suspension did not bother me but because in the present basketball fraternity some are more equal than others.
    The rest of your comments are out of context.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Edmund banalita qed tighdt… min kien hemm qabel kien jghamel kollox tajjeb hux ??

  2. NEUTRALI TA QALI says:

    Here we go again….Sliema, Sliema, Sliema…..tac Chalet!!!!! I guess nobody heard the jungle shouts by Mrs. Makki but that is not rascist because all Athleta players are white!!!!!

    [Reply]

  3. Luxol Fan says:

    Further to the poll re Paul Sultana vs Antonio Mizzi, I think the most significant option was left out – WHICH OF THE TWO IS MORE HANDY WITH A PAINT BRUSH? – this is clearly the only difference between the two. Hands down, Paul Sultana has the upperhand here.

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Ghalfejn Luxol Fan? ghax ma haliex it team tijak jilghabu bil barrani ineligble??

    [Reply]

  4. karmnu says:

    mela tajjeb kif il-coach tad-depiro jiftah halqu jaqla tecnical foul u l-coach u l-players tas-sliema jikkontestaw kull call u kollox jibqa ghaddej. sliema rules at ta qali

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Sliema rules… Luxol jghamlu li jridu… Adrian Depiro imperatur… Loyola f idejhom… Floriana biss qishom ma jikmandax !!!

    [Reply]

    rahal Reply:

    u siggiewi hahaha

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    ijwa ijwa insejthom… imsomma dawk ghandhom il whip!! ghalkhemm ghandu inkwiet ikbar !! imma biex tara kemm jinghadu hmerijiet !!!

Leave a comment