Athleta kontra Luxol u Virtus kontra Floriana fil-play-offs

Tuesday, March 10, 2015, 23:20

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Cafè Del Mar 69

Remax Citadel Siġġiewi 68

(24-14)(13-18)(21-21)(11-15)

Basket fl-aħħar erba’ sekondi ta’ Nikola Vasovic temm it-tama ta’ Remax Siġġiewi Citadel li jikkwalifikaw għall-play-offs hekk kif Floriana Cafè Del Mar ħadu rebħa drammatika fuq skor ta’ 69-68. B’hekk issa Floriana huma ċerti mit-tielet post u jaffrontaw lil Virtus fis-semifinali. Floriana rkupraw lil David Camilleri u Siġġiewi kellhom lura lil Marco Matijevic. Floriana kellhom l-aħjar bidu bil-punti konsekuttivi ta’ Mark Henniger biex marru 9-2 minn fuq. Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Billy Zammit u Adrian Micallef però Floriana kellhom il-punti ta’ Clayton Calleja. Floriana komplew bi break ieħor ta’ 10-2 bi trippli ta’ Nigel Sultana u Lee Ross biex temmew l-ewwel sessjoni 24-14 minn fuq. Floriana komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni fejn bdew b’run oħra ta’ 6-0 minn Sultana u Henniger. Siġġiewi kellhom l-ewwel punti ta’ Rashanti Harris qabel ma Ross kellhu trippla oħra għal Floriana. Harris u Steve Sammut qasmu 8 punti oħra ta’ Siġġiewi bir-risposta ta’ Floriana tiġi minn Ross però Siġġiewi kellhom erba’ punti oħra biex naqqsu d-distakk 32-37.

Floriana reġgħu bdew it-tielet taqsima b’ħames punti oħra ta’ Henniger però hawn il-player Amerikan kellhi jħalli l-court meta ġie mibdul wara r-raba’ foul. Wara basket ta’ Sammut għal Siġġiewi, kien Sultana li kiseb il-punti għal Floriana fejn kellhu wkoll trippla. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Micallef u Harris però Floriana kellhom it-trippli ta’ Ross. Sa’ tmiem it-taqsima, Siġġiewi reġgħu naqqsu d-distakk għal 5 punti 53-58. Fl-aħħar taqsima, t-tensjoni laħqet il-qofol tagħha. Wara li Floriana fetħu b’basket ta’ Ross, Siġġiewi kellhom tlett baskets minn Harris biex waslu sa’ punti viċin 59-60. Ross ta’ ftit nifs lil Floriana però Siġġiewi komplew bil-punti ta’ Harris u trippla ta’ Sammut u marru minn fuq għall-ewwel daeb 66-62. Floriana wieġbu b’basket ta’ Henniger u trippla oħra ta’ Sultana u minuta mit-tmiem marru minn fuq. Reġa’ kien Micallef li poġġa lil Siġġiewi minn fuq. Floriana kellhom l-aħħar żewġ pussesi tal-partita u kien fl-aħħar erba’ sekondi li Vasovic għamel il-basket tar-rebħa għal Floriana li rebħu l-partita 69-68.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 21, D. Camilleri 3, N. Sultana 12, S. Borg, L. Ross 25, N. Vasovic 4, C. Calleja, O. Shamala, D. Agius.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 4, B. Bartolo,S. Sammut 15,M. Matijevic 3,  R. Carabott, A. Micallef 14, M. Casar, R. Harris 30, M. Mallia, L. Grima.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Bupa Luxol 76

Cynergi Virtus 82

(15-14)(19-13)(16-23)(26-32)

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

Bir-riżultat tal-partita tal-ġurnata ta’ qabel li ddeċidiet kollox, din il-partita ma kienx fiha mportanza għal klassifika però xorta waħda rriżultat f’waħda kumbattuta. Cynergi Virtus għal darb’oħra rnexxielhom jegħlbu lil Bupa Luxol b’wirja tajba speċjalment minn David Bugeja fl-aħħar sessjoni. Iż-żewġ timijiet offrew logħba miftuħa u wara Luxol ħadu vantaġġ bil-punti ta’ Thoma Staton, Virtus irrispondew bi three pointers ta’ Mike Breusewitz. Luxol ukoll kellhom trippla minn Jean Paul Bonnici flimkien mal-baskets ta’ Staton u CJ Cordina. Breusewitz reġa’ wieġeb għal Virtus però Luxol temmew l-ewwel taqsima fuq quddiem 15-14. Fit-tieni perjodu Luxol żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Cordina, Staton u Bonnici flimkien ma’ trippla ta’ Jean Paul Schembri. Ir-risposta ta’ Virtus ġiet minn Breusewitz, Anton Axiaq u trippla ta’ Shawn Pace. Luxol għalqu s-sessjoni b’baskets minn Staton u Andrew Micallef Trigona għal skor ta’ 34-27.

Virtus fetħu t-tielet taqsima bi trippla ta’ Robert Bonnici u baqgħu sejrin biex għamlu run ta’ 12-2 b’aktar punti minn Bugeja u Breusewitz biex marru minn fuq 39-38. Staton kompla jwieġeb għal Luxol però l-istess għamel Breusewitz biex is-sessjoni ntemmet f’parita 50-50. Fl-aħħar perjodu Virtus bdew bi break ieħor ta’ 12-2 b’Pace jagħmel żewġ trippli u aktar punti ta’ Breusewitz. Virtus komplew b’seba’ punti oħra minn Breusewitz  u Bugeja li kellhu wkoll trippla biex kabbru l-vantaġġ għal 16 –il punt 69-53. Luxol ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 10-0 li bdewha bi trippla ta’ Schembri. Bugeja wieġeb b’żewġ three pointers oħra u minkejja li Luxol kellhom it-trippli ta’ CJ Cordina u Staton Virtus rebħu l-partita 82-76.

Bupa Luxol: CJ Cordina 20, A. Portelli 1, J. Willoughby 2, JP Schembri 10, N. Andrejevic, S. Visser, T.Staton 30, A. Micallef Trigona 6, JP Bonnici 7.

Cynergi Virtus: S. Pace 10, D. Bugeja 28, R. Bonnici 7, M. Falzon, M. Bruesewitz 30, A. Axiaq 6, I. Buldakov, F. Bartolo 1.

Referees: Emanuel Mangani, Cesar Baena, Luis Abuin.

Pavi Depiro 79

AtoZ Electronics Athleta 103

(20-30)(9-28)(20-24)(30-21)

Fil-partita li temmet l-ewwel fażi, c-champions AtoZ Electronics Athleta għelbu lil Pavi Depiro 103-79. Depiro temmew staġun li deher li se jkun diffiċli meta b’deċiżjoni kuraġġjuża ppreżentaw skwadra żagħżugħa b’ħafna players li l-istaġun li għadda rebħu l-kampjonat ta’ taħt id-19 –il sena. Magħhom żdiedet l-esperjenza ta’ Marko Todorovic u Sassoun Saakian u ma kull partita l-progress deher u l-bażi għal futur hija tajba. Ic-champions minn naħa tagħhom issa jħarsu lejn l-impenn tas-semifinali tal-play-offs meta issa jiltaqgħu kontra Bupa Luxol. Il-partita kienet f’idejn l-Athleta sa mill-ewwel minuti hekk kif huma bdew bit-trippli ta’ Chad Patus u Omar Said. Bħas-soltu, Todorovic kien l-aktar player attiv fl-attakk ta’ Depiro b’punti kontinwi, però Athleta komplew iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Michael Naudi, Isaac Tanti u Roderick Vella. Depiro kellhom żewġ trippli minn Timhoty Zammit però Athleta temmew l-ewwel taqsima 30-20 minn fuq. It-tieni taqsima fetħet b’punti fuq kull naħa bl-Athleta jkollhom żewġ trippli minn Vella u Andrew Aquilina. Athleta komplew bi break qawwi ta’ 14-0 bi trippla oħra ta’ Aquilina u diversi punti ta’ Patus, Naudi u Said biex fl-intervall kienu 58-29 minn fuq.

Depiro fetħu t-tielet taqsima bi tlett baskets konsekuttivi minn Samuel Zammit, Kurt Xuereb u Todorivic. Athleta wieġbu permezz ta’ Naudi, Said u trippla oħra ta’ Vella biex sas-sitt minuta kabbru l-vantaġġ 71-42. Wara punti ta’ Todorovic u Zammit għal Depiro, Athleta kellhom run oħra ta’ 12-2 bi trippla ta’ Said għal skor ta’ 82-49. L-aħħar taqsima serviet biex iż-żewġ coaches jutiliżżaw il-players kollha li kellhom. Athleta kellhom il-baskets minn Said u Naudi però Depiro wieġbu permezz ta’ Todorovic u trippla ta S. Zammit. Athleta qabżu l-mitt punt b’basket ta’ Isaac Tanti qabel ma Depiro għalqu l-partita b’run ta’ 11-0 biex għamlu l-iskor aktar rispettabli biex Athleta rebħu l-partita 103-79.

Pavi Depiro: J. Attard 2, D. Schembri, T. Zammit 10, N. Grech 4, M. Todorovic 39, R. Zammit, S. Zammit 16, K. Xuereb 7, M. Borg, S. Saakian 1.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 22, R. Vella 11, C. Patus 30, A. Aquilina 6, M. G. Montaldo, O. Said 14, M. Gouder, S. Vincic, I. Tanti 20.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Cesar Baena.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta

10

8

2

18

863

689

Virtus Basket

10

7

3

17

771

694

Floriana Cafe Del Mar

10

6

4

16

782

762

Bupa Luxol

10

5

5

14

728

775

Remax Siġġiewi Citadel

10

4

6

14

668

714

Pavi Depiro

10

1

9

11

719

897

 

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

 

Programm tal-play-offs:

19-03-2014 – 13:00 – AtoZ Electronics Athleta vs Bupa Luxol

19-03-2014 – 16:30 – Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar

22-03-2014 – 13:00 – Bupa Luxol vs AtoZ Electronics Athleta

22-03-2014 – 16:30 – Floriana Cafè Del Mar vs Cynergi Virtus

29-03-2014 – 13:00 – AtoZ Electronics Athleta vs Bupa Luxol

29-03-2014 – 16:30 – Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar





Leave a comment