Athleta kontra Depiro u Hibs kontra Luxol fil-play-offs

Monday, April 23, 2018, 16:30

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Cynergi Depiro 71

Gżira Athleta 109

(20-23)(14-36)(24-23)(13-27)

Gżira Athleta għelbu lil Cynergi Depiro 109-71 f’partita mingħajr importanza għall-klassifika hekk kif iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu fis-semi-finali tal-play-offs. Iż-żewġ coaches ħadu l-opportunita li jilgħabu lill-players kollha li kellhom għalkemm Depiro kellhom nieqsa lil David Camilleri u Nicholas Grech. Depiro fetħu bit-three pointers ta’ Dominic Scafidi biex marru fuq quddiem però Athleta ma damux ma dawwru l-iskor wara punti minn Jon Feiler, Peter Shoults u Michael Naudi. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Malcolm Mallia u trippla ta’ Kurt Xuereb iżda kienu Athleta li temmew is-sessjoni fuq quddiem wara tlett baskets mingħajr risposta 23-20. Fit-tieni perjodu, Athleta bdew b’run ta’ 13-3 b’aktar punti ta’ Feiler flimkien ma’ Francesco Mifsud Bonnici. Depiro kellhom risposta b’basket ta’ Andrew Aquilina u trippla oħra ta’ Scafidi però Athleta komplew iżidu l-vantaġġ b’run oħra ta’ 16-2 fejn kellhom three pointers minn Billy Zammit u Mifsud Bonnici għal skor ta’ 59-34.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Athleta żammew il-vantaġġ stabbli. Depiro kellhom 8 punti minn Scafidi fosthom trippla però hawn waslu sensiela ta’ three pointers minn Athleta minn idejn Omar Said, Mifsud Bonnici u Luca Stefanovic biex temmew il-perjodu 82-58 minn fuq. Athleta komplew iżidu l-vantaġġ ankè fir-raba’ sessjoni u kien three pointer ta’ Ivan Mitrovic li rahom jaqbżu l-mitt punt hekk kif huma għalqu l-partita b’run ta’ 14-2 biex ħarġu rebbieħa 109-71.

Cynergi Depiro: E. Briffa, J. Attard, K. Xuereb 12, A. Aquilina 5, A. Attard, M. Mallia 11, M. Borg 15, D. Scafidi 28.

 

Gżira Athleta: M. Naudi 15, B. Zammit 5, K. Liivamagi 2, P. Shoults 8, L. Stefanovic 3, F. Mifsud Bonnici 17, O. Said 10, N. Xuereb 4, S. Vincic 9, I. Mitrovic 10, J. Feiler 26.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Ivica Simic.

Hibernians 82

Starlites GIG 75

(25-18)(18-25)(17-17)(22-15)

Starlites GIG temmew l-impenji tagħhom b’wirja

Ritratt: Wally Galea

tajba kontra Hibs għalkemm xorta spiċċaw fuq in-naħa telliefa. Hawn ukoll kellna lil coaches jagħtu ħin lil players kollha, hekk kif Hibs issa jibdew l-impenji tagħhom fil-play-offs kontra c-champions renjanti Bupa Luxol. Hibs fetħu b’żewġ three pointers minn Alvaro Lizaur bi Starlites jirrispondu bil-punti ta’ Mitchell Brewe. Shawn Pace għamel żewġ trippli għal Starlites però Hibs baqgu fuq quddiem bil-punti ta’ Luca Tardito li kien qiegħed jibda mal-ewwel ħamsa, flimkien ma’ żewġ three pointers ta’ Roderick Vella għal skor ta’ 25-18. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Starlites għamlu l-iskor indaqs wara seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Robert Bonnici. Hibs wieġbu bi three pointer ta’ Simon Attard u ieħor ta’ Chad Patus flimkien mal-punti ta’Fabrizio Mariani u Luke Farrugia. Il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat bi Starlites jagħmlu break ieħor ta’ 7-0 biex marru fuq quddiem però trippla oħra minn Attard rat lil Hibs jagħmlu l-iskor indaqs 43-43.

Fit-tielet taqsima Hibs fetħu tajjeb u kellhom punti minn Anton Axiaq, Marco Matijevic u Paul Attard. Wara sitt punti ta’ Starlites minn Brewe u Alec Felice Pace, Hibs għamlu run ta’ 9-2 bi trippla ta’ Lizaur però Starlites ma ċedewx u huma wkoll għamlu disa’ punti mingħajr risposta biex is-sessjoni ntemmet f’parita 60-60. Fl-aħħar perjodu, Starlites kellhom il-vantaġġ għal diversi drabi però Hibs żammew il-pass. Brewe għamel trippla flimkien mal-punti ta’ Bonnici biex Starlites baqgħu basket minn fuq 75-73. Hawn però kienu Hibs li għamlu l-punti f’run ta’ 9-0 minn Matijevic, Patus u Lizaur biex ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 82-75.

Hibernians: R. Vella 8, P. Attard 4, K. Sultana, L. Farrugia 3, S.Attard 6, I. Bonnett 2, L. Tardito 9, A. Axiaq 2, M. Matijevic 4, A. Lizaur 23, F. Mariani 4, C. Patus 17.

 

Starlites GIG: S. Pace 12, O. Psaila, R. Bonnici 14, A. Schembri, M. Falzon 6, A. Felice Pace 2, R. Carabott 4, I. Pace, I. Felice Pace 3, J. Wait, M. Brewe 32.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

12

11

1

23

1009

862

Hibs

12

9

3

21

954

848

Bupa Luxol

12

6

6

18

968

911

Cynergi Depiro

12

3

9

15

834

993

Starlites

12

1

11

13

832

983





Leave a comment