Athleta konta Siġġiewi u Floriana kontra Depiro fil-playoffs

Sunday, March 18, 2012, 23:53

minn Colin Schembri.

Kampjonat MSV Life Irġiel

 

 

 

Bupa Luxol 65

Floriana Francesco Fenech 78

(19-11)(19-19)(12-19)(15-29)

 

Loyola vs Depiro

Loyola vs Depiro

Tlett’ijiem qabel il-finali tal-Bank of Valletta knock out, Floriana Francesco Fenech għamlu double fuq Bupa Luxol fil-kampjonat meta ħarġu rebbieħa 78-65. B’din ir-rebħa Floriana aċċertaw li ma jispiċċawx fir-raba’ post u evitaw lic-champions Athleta fis-semifinali. Għal Luxol Jean Paul Bonnici kien biss spettatur fuq il-bank fil-waqt li Floriana kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Luxol bdew bi trippla ta’ Lee Ross u baskets minn Marco Mercieca u Jeron Belin pero’ Floriana ħadu vantaġġ fil-ħames minuta 8-7. Hawn Luxol għamlu run ta’ 9-1 bi trippla ta’ Belin u temmew l-ewwel sessjoni 19-11 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-partita kienet bilanċjata fejn wara li Andrew Micallef Trigona żied il-vantaġġ ta’ Luxol, Floriana wieġbu bi trippli ta’ Ian Mercieca u Chris Sammut. Luxol fetħu vantaġġ ta’ 17 –il punt fis-seba’ minuta 36-19 wara trippla oħra ta’ Belin. Pero’ Floriana bdew ir-rimonta tagħom u t-tieni trippla ta’ Mercieca fetħitilhom run ta’ 11-2 biex sa’ l-intervall naqqsu d-distakk għal 8 punti 30-38.

Fit-tielet perjodu Luxol reġgħu ħadu vantaġġ t’10 punti 44-34 fit-tielet minuta. Floriana ma ċedewx u wieġbu b’run ta’ 12-2 fejn bdew ġejjin diversi punti ta’ Evan Fjeld li sa’ dak il-ħin kellhu partita kwieta. Mercieca u Belin għamlu żewġ baskets għal Luxol pero’ trippla ta’ Sammut ħalliet distakk ta’ punt wieħed biss bejn iż-żewġ timijiet 50-49 favur Luxol. Kif ġralhom f’partiti oħra dan l-istaġun, Luxol ikkrollaw fl-aħħar sessjoni. Floriana għamlu run ta’ 12-0 biex marru 11 minn fuq fis-sitt minuta 66-55. Ross għamel basket għal Luxol pero reġgħu kienu Floriana li b’run oħra ta’ 10-0 aċċertaw ruħhom mir-rebħa. Ross għalaq il-partita b’żewġ trippli pero’ Floriana ħarġu rebbieħa 78-65.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 10, J. Belin 30, A. M. Trigona 8, L. Ross 15, A. Costa, N. Vasovic 2, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici, S. Capello.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 19, I. Mercieca 6, S. Sammut 14, C, Calleja 4, A. Baldacchino, E. Fjeld 31, A. Sultana, M. Ciantar 4.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Siġġiewi 70

A to Z Electronics Athleta 85

(29-23)(11-21)(13-27)(17-14)

 

Siġġiewi ma rnexxielhomx jieħdu r-rebħa li kellhom bżonn biex jevitaw ir-raba’ post meta kienu c-champions A to Z Electronics Athleta li ħarġu rebbieħa 85-70. Dan ifisser li dawn iż-żewġ timijiet issa jiltaqgħu kontra xulxin fis-semifinali fil-waqt li Floriana se jiltaqgħu kontra Depiro. Għal Siġġiewi rritorna Peter Shoults li pero’ għamel biss il-warm up. L-ewwel sessjoni kienet eċitanti biż-żewġ timjiet jirrispondu kontinwament lil xulxin. Wara sitt minuti l-iskor kien indaqs 16-16 bis- Siġġiewi jieħdu vantaġġ wara trippla ta’ Alan Borg. Atheleta wieġbu permezz ta’ Michael Naudi pero’ kienu Siġġiewi li kellhom l-aħjar tmiem tas-sessjoni b’punti ta’ Marco Matijevic biex temmewha minn fuq 29-23. Fit-tieni perjodu kien hemm  it-trippli minn David Bugeja u Omar Said biex Athleta marru fuq quddiem 35-33. Minkejja li Siġġiewi ppareġjaw, Athleta għamlu break ieħor ta’ 9-0 li għalquh bi trippla ta’ Said biex marru 9 minn fuq 44-35. Qabel l-intervall Siġġiewi naqqsu d-distakk b’basket ta’ Chris Meier u trippla ta’ Eman Xuereb 40-44.

Fit-tielet sessjoni, Siġġiewi komplew inaqqru d-distakk hekk kif Athleta bdew ifallu l-freethrows. Pero’ wara li Matijevic ġabhom 3 minn taħt 48-51, Athleta għamlu run ta’ 17-2 fosthom trippla ta’ Steve Schembri biex fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt. Is-sessjoni għalqet bi trippla fuq kull naħa biex Athleta baqgħu fuq quddiem 71-53. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa biex il-vantaġġ tal-Athleta baqa’ stabbli. Bugeja għamel trippla oħra għac-champions segwita minn break ta’ 9-0 minn Siġġiewi li serva biss biex inaqqsu d-distakk u Athleta ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 85-70.

 

Siġġiewi: R. Agius, A. Cutajar, L. Camilleri 8, P. Shoults, E. Xuereb 5, A. Borg 12, K. Borg 3, C. Maeir 17, C. Codomaris, M. Matijevic 25.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 21, I. Buldakov, D. Bugeja 8, M. Todorovic 15,  M. Giusti, O. Said 13, D. Schembri 17, A. Bonnici 3, K. Baldacchino, S. Schembri 8.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile,  Emanuel Mangani

 

Tata Motors Loyola 81

Depiro 78

(24-22)(17-15)(13-18)(27-23)

 

Din il-partita għalqet l-ewwel fażi tal-kampjonat u bil-pożizzjonijiet tal-klassifika diġa deċiża rriżultat f’partita sabiħa li offriet 159 punt b’ Tata Motors Loyola joħorġu rebbieħa 81-78 biex kisbu t-tieni rebħa ta’ l-istaġun. Għall-Loyola kien nieqes Stefan Vella fil-waqt li Depiro kellhom il-players kollha disponibbli u l-coach Mario Tabone ħa l-okkażjoni li jilgħab lil kulħadd. Il-partita bdiet b’ritmu għoli sa’ mil-ewwel minuti u f’nofs is-sessjoni Depiro kienu punt minn fuq 12-11 b’Andrew Aquilina jagħmel żewġ trippli. Roderick Vella wkoll għamel trippla pero’ Loyola wieġbu b’run ta’ 10-2 bi three pointer ta’ Shawn Pace u temmew il-perjodu 24-22 minn fuq. Il-punti komplew ġejjin anke fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bi trippli ta’ Greg Hamlin u Jean Paul Schembri għal Depiro b’Rashanti Harris u Anton Axiaq iwieġbu għal Loyola. Trippla ta’ Harris fis-seba’ minuta poġġiet lil Loyola 37-32 minn fuq u huma żammew il-vantaġġ sal-intervall 41-37.

Depiro ħarġu aħjar wara l-mistrieħ u bdew bi break ta’ 9-2 li għalquh bi trippla oħra t’Aquilina pero’ fuq in-naħa l-oħra it-three pointers komplew ġejjin permezz ta’ Billy Zammit u Sean Borg biex Loyola reġgħu marru minn fuq. Depiro għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex minkejja żewġ baskets konsekuttivi minn Loyola, huma temmew is-sessjoni punt minn fuq 55-54. Loyola reġgħu ħadu l-vantaġġ wara żewġ minuti logħob fir-raba’ sessjoni biż-żewġ timijiet jibqgħu viċin xulxin. Trippla ta’ Jean Paul Azzopardi fis-seba’ minuta ġabet l-iskor indaqs 69-69 bil-Loyola jmorru fuq quddiem b’punti minn Harris. L-eċitament baqa’ sal-aħħar ħinijiet meta fl-aħħar minuta David Camilleri ta vantaġġ 77-73 lil Loyola pero’ Adrian Micallef għamel trippla fl-aħħar 12 –il sekonda għal Depiro li naqqsu d-distakk għal punt. Kien Anton Axiaq li għamel l-aħħar żewġ free-throws biex Loyola rebħu l-partita 81-78.

 

Tata Motors Loyola: S. Pace 6, B. Zammit 5, D. Camilleri 6, M. Cilia, S. Borg 6, L. Azzopardi, A. Axiaq 19, J.P. Azzopardi 11, J. Anastasi 1, J. Ransley, R. Harris 27.

Depiro: R. Vella 13, JP Schembri 3, N. Sultana 4, A. Aquilina 15, A. Portelli 5, A. Micallef 5, E. Lupo 6, M. Mallia 2,  I. Tanti 19, G. Hamlin 19.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Irġiel   FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

10

9

1

19

733

594

Floriana Francesco Fenech

10

6

4

16

699

715

Depiro

10

5

5

15

687

689

Siġġiewi

10

5

5

15

726

697

Bupa Luxol

10

3

7

13

694

784

Tata Motors Loyola

10

2

8

12

676

736

 

 

Il-programm kollhu tal-play-offs huwa kif ġej:

 

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu – 14:45 – A to Z Electronics Athleta vs Siġġiewi (1)

Il-Ħadd 25 ta’ Marzu – 16:30 – Floriana Francesco Fenech vs Depiro (1)

Is-Sibt 31 ta’ Marzu – 15:30 – Depiro vs Floriana Francesco Fenech (2)

Il-Ħadd 1 t’April – 14:45 – Siġġiewi vs A to Z Electronics Athleta (2)

Is-Sibt 7 t’April – 14:45 – A to Z Electronics Athleta vs Siġġiewi (3)

Is-Sibt 7 t’April – 16:30 – Floriana Francesco Fenech vs Depiro (3)

 





3 Comments

  1. Bastjan says:

    Good games coming up indeed!!!! May the best team win!! Good luck to all!!!

    [Reply]

  2. karmnu says:

    ghal darba ktibt naqra bis-sens Mizzi.

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    If Loyola played their heart and soul same as their last game vs Depiro, they would have for sure be in the playoffs. They had near misses vs Athleta were on both occacions during the League, Loyola had the edge till the dying moments of both games. Better luck next season.

    Floriana helped in kicking out Luxol for reaching the playoffs but lost it last evening in the finals of the BOV against the same team. Some interesting games comimg up starting this weekend. Hope to have full capacities at Ta Qali.

    [Reply]

Leave a comment