Athleta jkomplu jirbħu u Depiro jissorprendu lil Luxol

Tuesday, October 12, 2010, 19:11

minn Colin Schembri

 

Athleta's top scorer Michael Naudi

Athleta's top scorer Michael Naudi - Photo by Malcolm Sammut

Tata Motors Loyola 56
A to Z Electronics Athleta 84

(12-20)(13-19)(14-25)(17-20)

A to Z Electronics Athleta għamluhom tnejn minn tnejn meta għelbu lil Tata Motors Loyola 84-56 fit-tieni ġurnata tad-Detur Shield tal-ewwel diviżjoni tall-irġiel. Athleta bdew tajjeb u ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 12-2.Time out minn Alfred Mifsud għall-Loyola biddel xi ftit il-logħba bill-players tiegħu jagħmlu break ta’ 8-0 u jnaqqsu d-distakk għall-basket 10-12. Three pointer eżatt mall-horn minn Addison Bonnici għalaq l-ewwel sessjoni bl-Athleta tmienja minn fuq 20-12. Il-players ta’ Joe Galea komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni perjodu b’run ta’ 10-2. Wara basket minn Jonathan Ransley li kien qiegħed jirritorna għall-Loyola wara żmien twil, Athleta wieġbu bi break iehor ta’ 7-0. Qabel il-mistrieħ Billy Zammit kiseb ħames punti għall-Loyola għal skor ta 39-25.

Wara l-waqfa kienu l-Athleta li bdew l-aħjar b’run ta’ 9-0 b’Sean Pace wieġeb ghall-Loyola. Athleta komplew jagħfsu bi three pointers ta’ Steve Schembri u Omar Said u fit-tmiem il-perjodu kienu 64-39 minn fuq. FL-aħħar sessjoni kien hemm spazju għall-players iż-żgħażagħ ta’ Athleta li ukoll kisbu l-punti tagħhom. Michael Naudi poġġa lill Athleta 30 minn fuq 71-41. Loyola wieġbu bi break żgħir ta’ 8-0 li pero’ gie mwieġeb minn iehor ta’ 7-0 minn Athleta mibdi bi trippla oħra ta’ Said. Punti fuq kull naħa għalqu l-partita fuq skor finali ta 84-56 ghall-A to Z Electronics.

Tata Motors: S. Pace 9, B. Zammit 5, D. Camilleri 6, C. Cassar , S. Borg, M. Cilia 2, S. Vella 2, A. Axiaq 6, J. Mihailovic 10, J. Anastasi 6, J. Ransley 2, A. Tabone 8.
A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19. J. Zammit 6, M. Giusti, C. Galea 3, O. Said 14, C. Calleja 1, A. Bonnici 12, D. Schembri 17, S. Schembri 12
Referees: Gordon Barbara, Jean Paul Sammut, Alfred Carbonaro

Depiro 65
Bupa Luxol 50

(20-13)(22-16)(8-14)(15-7)

Depiro ghamlu d-debutt taghhom ghal dan l-istagun mill-gdid b’diversi zghazagh fl-iskwadra taghhom. U zgur li ma setax kellhom bidu tall-istagun ahjar meta ghelbu lil Bupa Luxol 65-50.

Depiro bdew b’run ta’ 8-0 inkluza l-ewwel trippla ta’ Andrew Aquilina mill-hamsa li ghamel fill-loghba. Luxol ukoll bdew bi trippla mis-solitu Robert Azzopardi u naqqsu d-distakk ghal 3 punti. Regghu kienu Depiro b’iktar three pointers li komplew izidu l-vantagg tant li fi tmiem is-sessjoni kienu 7 minn fuq 20-13. Fill-ftuh tat-tieni perjodu Luxol bdew jersqu vicin u wasslu sa 3 punti 22-25 qabel ma giet it-tieni trippla ta David Bugeja fi break ta 13-2 li bih Depiro fethu distakk ta’ 15-il punt 39-24. Sall-half time il-vantagg taghhom nizel ghal 12-il punt 42-29 b’Aquilina jkompli bi three pointers tieghu.

It-tielet sessjoni kienet xi ftit nieqsa mill-punti specjalment minn Depiro u Luxol approfittaw. Huma ghamlu l-ahhar seba’ punti tat-tielet perjodu u l-vantagg ta’ Depiro issa nizel ghal sebgha punti biss 50-43. F’nofs l-ahhar taqsima kien hemm three pointer fuq kull naha bid-Depiro jibqghu 10 minn fuq 58-48. Pero’ hawn rega’ deher Aquilina b’zewg trippli konsekuttivi li temmu kull tama ta’ Luxol biex Depiro hargu rebbieha 65-50.

Depiro: R. Vella 15, J.P. Schembri, D. Bugeja 13, C. Farrugia, A. Aquilina 18, J. Camilleri, J. Gatt 4, B. Grima, E. Lupo, M. Mallia1, I. Tanti 14, G. Mercieca.
Bupa: E. Bonello, M. Mercieca 2, R. Azzopardi 14, A. M. Trigona 3, S. Mizzi, A. Costa 8, N. Vasovic 4, T. Paris, A. Cremona 10, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 9.
Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

It-Tinei Tieni Diviżjoni -  Athleta wkoll jibdew b’rebħa

Bell Net SN Suns 40
Athleta 58

(8-11)(7-15)(10-15)(15-17)

Suns u Athleta ukoll għamlu d-debutt tagħhom fill-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Suns kienu bl-istess formazzjoni tal-istaġun li għadda pero’ Athleta ħadu lil Samuel Aquilina, Adrian Baldacchino, John Muscat, Karl Cucciardi, Roberto Formosa u Tim Wollmack.

Hubert Agius għamel l-ewwel basket għas-Suns pero Athleta għamlu run ta’ 9-0 b’Ivan Buldakov jispikka. Three pointer ta’ Robert Camilleri waqqaf dan il-break pero’ Athleta għalqu s-sessjoni 11-8 minn fuq. F’nofs it-tieni perjodu, Athleta fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 18-10. Three pointer mill-player coach ta’ Suns Michael Barberi naqqsilhom id-distakk pero’ Athleta marru 11 minn fuq sal-halftime 26-15.

Il-partita baqgħet f’idejn Athleta anke fit-tielet sessjoni hekk kif waslu punti konsekuttivi minn Aquilina. Għalkhemm Suns għamlu trippla oħra minn Trevor Grech, Athleta xorta baqgħu ikabbru d-distakk fit-tmiem is-sessjoni 41-25. Fl-aħħar perjodu Suns reġgħu waslu sa tmien punti minn taħt b’run ta’ 10-2. Athleta ħadu time-out u rkupraw minn dan il-mument negattiv u għamlu break ta’ 11-0, marru 54-35 minn fuq u rebħu l-partita b’distakk ta’ 18-il punt 58.40

Bell Net SN Suns: C. Agius 11, M. Attard, R. Camilleri 7, H, Agius 7, M. Barberi 5, T. Grech 6, K. Caruana, R, Mercieca 4, R, Camilleri, B. Grima, M. Schembri

Athleta: K. Cucciardi 3, D. Schembri, A. Baldacchino 12, S. Aquilina 10, J. Muscat 2, S. Mansfield, M. Spiteri 2, R. Formosa 12, I. Buldakov 17, T. Wollmack

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.





Leave a comment