Athleta jispiċċaw fl-ewwel post u Siġġiewi jsegwu

Tuesday, October 19, 2010, 10:48

minn Colin Schembri

Siġġiewi Derby 74
Tata Motors Loyola 69

(28-9)(17-19)(13-23)(16-18)

Min ħareġ mill-padiljun lejn tmiem l-ewwel sessjoni u reġa’ daħal fl-aħħar minuti ħaseb li hemm partita differenti. Dan għaliex wara li Siġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 24 punt 28-4 fl-ewwel perjodu, fl-aħħar minuta kienu biss basket minn fuq 71-69. Siġġiewi bdew mal-ewwel bi trippla ta’ Alan Borg fi break ta’ 9-0. Wara basket ta’ Jovan Mihailovic għall-Loyola, kienu Siġġiewi li reġgħu għamlu run qawwija ta’ 15-0 u fit-tmiem is-sessjoni kienu 28-9 minn fuq. Trippla ta’ Matthew Shoults kompliet tkabbrilhom il-vantaġġ pero’ Loyola wieġbu bi break ta’ 10-3. Trippla oħra ta’ Nigel Sultana fl-ewwel dehra tiegħu kontra l-ex team tiegħu tat ftit tan-nifs lil Siġġiewi li fil-mistrieħ kienu għadhom 45-28 minn fuq.

Fit-tielet perjodu beda jberraq għac-champions li apparti l-injuries ta’ Ross u Matijevic tilfu wkoll lil Alan Borg waqt il-logħba. Loyola għamlu run ta 16-6 u sa tmiem is-sessjoni d-distakk niżel għal 7 punti 58-51. Fl-aħħar perjodu Joshua Anastasi sammar tmien punti għall-Loyola li issa resqu tlett punti biss ‘ il bogħod mill-avversarji 62-59. Peter Shoults għamel żewġ three pointers li bihom Siġġiewi reġgħu marry 8 minn fuq 70-62. Loyola ma ċedewx u b’run oħra ta’ 6-0 waslu sa basket minn taħt 71-69. Pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Siġġiewi bil-free throws ta’ Micallef u Shoults ħadu nifs kbir u kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun 74-69.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 22, A. Cutajar, M. Shoults 3, J. Doughty, E. Xuereb 7, N. Sultana 25, A. Borg 3, A. Micallef 8, J. Jetson 6.

Tata Motors: S. Pace 12, B. Zammit 2, D. Camilleri 10, C. Cassar 2, S. Borg, M. Cilia, S. Vella 5, A. Axiaq 9, J. Mihailovic 9, J. Anastasi 13, J. Ransley 2, A. Tabone 7.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

A to Z Electronics Athleta 68
Depiro Mtarfa 65

(26-15)(19-17)(10-18)(13-15)

Depiro u A to Z Electronics Athleta offrew partita sabiħa u missielta bid-Depiro jwettqu rimonta li rathom jippareġjaw fl-aħħar ħinijiet. Athleta marru fuq quddiem bil-punti ta Steve Schembri, Addison Bonnici u Michael Naudi u fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 11-2. Punti ta’ Emanuel Lupo ressqu lil Depiro viċin 15-7 imma pronti kienu Naudi u Dirk Schembri li reġgħu wieġbu għall-Athleta li temmew l-ewwel perjodu 26-15 minn fuq. B’logħob sabiħ u assists preċiżi, Athleta komplew ikabbru l-vantaġġ fill-ftuħ tat-tieni sessjoni 33-17 għalkemm trippla ta’ Andrew Aquilina għal Depiro waqqfet ir-run tal-Athleta. Naudi wieġeb bi trippla oħra segwita minn basket ta’ Said għal vantaġġ ta’ 18-il punt 38-20. Aquilina baqa’ jwieġeb għal Depiro li sal-mistrieħ naqqsu d-distakk għal 13-il punt 45-32.

Depiro komplew ir-rimonta tagħhom fit-tielet perjodu u trippla ta’ Roderick Vella ġabithom 7 minn taħt 48-41. Punti minn Dirk Schembri u Kristin Baldacchino reġgħu taw vantaġġ b’figuri doppji lill-Athleta 55-45. Depiro għamlu l-aħħar ħames punti tall-perjodu għal skor ta’ 55-50. Fit-tielet minuta tal-aħħar sessjoni kien hemm tlett punti biss jifirdu liż-żewġ timijiet bl-Athleta 57-54 minn fuq. Il-partita issa sbieħet u basket ta’ Dirk Schembri ġie mwieġeb minn trippla ta’ David Bugeja għall-partita 59-59. Żewġ baskets konsekuttivi minn Schembri u Bonnici ġew mwieġba minn tnejn ta’ Aquilina u Bigeja u tlett minuti mit-tmiem reġa kien hemm parita 63-63. Athleta wieġbu bi break deċisiv ta’ 5-0 u minkejja l-basket aħħari ta’ Bugeja ħarġu rebbieħa 68-65.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16. J. Zammit, D. Schembri 20, O. Said 9, C. Calleja, A. Bonnici 13, K. Baldacchino 5, S. Schembri 5

Depiro: R. Vella 8, J.P. Schembri, D. Bugeja 20, C. Farrugia, A. Aquilina 13, J. Camilleri, J. Gatt 4, B. Grima, E. Lupo 8, M. Mallia, I. Tanti 12, G. Mercieca.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Stephen Micallef

Photo by Malcolm Sammut

Bupa Luxol 49
A to Z Electronics Athleta 82
(10-18)(9-19)(16-22)(14-25)

A to Z Electronics Athleta temmew l-impenji tagħhom fl-ewwel fażi tad-Detur Shield bir-raba’ rebħa minn daqstant partiti fejn huma għelbu lir-rivali Bupa Luxol 82-49. Kienu Luxol li għamlu l-ewwel basket minn Marco Mercieca pero’ Athleta ħasdu lill-avversarji b’run ta’ 15-0. Luxol wieġbu bi break ta’ 8-0 inkluż trippla ta’ Robert Azzopardi pero’ kienu għadhom 8 minn taħt 10-18. Fl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bi trippla ta’ Nikola Vasovic għall-Luxol u Michael Naudi għall-Athleta. L-istess Athleta għamlu run oħra ta’ 10-0 biex sal-mistrieħ kienu 40-26 minn fuq.

Wara l-half time Luxol reġgħu resqu viċin b’iktar punti minn Mercieca u Azzopardi 33-42. Pero’ l-Athleta li ddominaw taħt il-boards għamlu 17-il punt mingħajr risposta b’diversi punti minn Naudi u l-aħwa Schembri. Dan wassal biex huma fetħu vantaġġ ta’ 24 punt fit-tmiem it-tielet sessjoni 59-35. Fl-aħħar perjodu kellna punti fuq kull naħa għal skor ta 40-63. Hawn trippli minn Naudi u Omar Said raw lill-Athleta jkomplu jkabbru l-vantaġġ 82-44. Luxol għamlu l-aħħar 5 punti tall-partita biex l-Athleta ħarġu rebbieħa 82-49.

Bupa: E. Bonello, M. Mercieca 10 R. Azzopardi 11A. M. Trigona, S.Mizzi, A.Costa, N. Vasovic 8, T. Paris 2, A. Cremona 3, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 15.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 20, J. Zammit 2, C. Galea, M. Giusti, D. Schembri 14, O. Said 5, C. Calleja 4, A. Bonnici 11, K. Baldacchino 10, S. Schembri 16

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef, Emanuel Mangani

Photo by Malcolm Sammut

Depiro Mtarfa 54
Siġġiewi Derby 66
(10-12)(8-23)(15-17)(21-14)

Wara r-rebħa sofferta fuq Tata Motors matul il-ġimgħa ic-champions Siġġiewi Derby kisbu rebħa oħra din id-darba fuq Depiro Mtarfa. Il-partita kellha bidu kwiet tant li sas-seba’ minuta kien hemm parita fuq skor baxx ta’ 5-5 bil-punti ta’ Siġġiewi jiġu minn Matijevic li kien qiegħed jirritorna. Siġġiewi mbagħad għamlu run ta’ 9-0 li temmewha bi trippla ta’ Alan Borg. Depiro wieġbu b’ħames punti fosthom l-ewwel trippla ta’ Roderick Vella għal skor ta 12-0. L-aqwa mument ta’ Siġġiewi ġie fit-tieni sessjoni fejn huma fetħu b’run ta’ 8-0. Three pointer ta’ David Bugeja waqqaf din ir-run pero’ Siġġiewi reġgħu laqtu lill-avversarji b’run oħra ta’ 11-0 inklużi żewġ three pointers ta’ Adrian Micallef u fill-half time kienu 35-18 minn fuiq.

Wara l-mistrieħ, Depiro ppruvaw inaqqsu d-distakk pero t-trippli ta’ Nigel Sultana u Peter Shoults ħallew lil Siġġiewi fuq quddiem 41-24. Depiro għamlu break qasir ta’ 5-2 lejn tmiem is-sessjoni pero’ ċ-champions kienu għadhom 19 minn fuq 52-33. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni trippla oħra ta’ Vella rat lil Depiro jersqu iktar viċin bil-coach ta’ Siġġiewi Peter Farrugia jagħjjat time-out. Is-Siġġiewin imbagħad ikkontrollaw il-logħob fill-minuti li kien għad fadal. Fl-aħħar minuti Vella għamel żewġ trippli konsekuttivi biex ġab l-iskor aktar rispettabbli f’riżultat finali ta’ Depiro 54 Siġġiewi 66.

Depiro: R. Vella 27, J.P. Schembri 3, D. Bugeja 5, A. Aquilina 5, J. Gatt 3, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 9, G. Mercieca.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 9, M. Pisani,  M. Shoults, J. Doughty, E. Xuereb 4, N. Sultana 11, A. Borg 11, A. Micallef 16, K. Borg 5, J. Jetson, M. Matijevic 15

Referees: Jean Paul Sammut, Alfred Carbonaro, Clive Terribile





Leave a comment