Athleta jilħqu lil Siġġiewi

Thursday, April 14, 2011, 12:37

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Bell Net SN Suns 68

Starlites Ker Grill 53

(9-18)(22-13)(17-15)(20-7)

Athleta vs Mellieħa

Athleta vs Mellieħa

Bell Net SN Suns komplew il-mument posittiv tagħhom meta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva u l-ewwel waħda fuq Starlites Ker Grill dan l-istaġun 68-53. Starlites kellhom l-aħjar bidu bi trippli ta’ Ivan Riolo u Robert Bonnici. Suns wieġbu bil-baskets ta’ Igor Marjanovic u Michael Barberi pero’ Starlites saħħew il-vantaġġ bi trippla ta’ Robert Loporto biex sa tmiem is-sessjoni kienu 19-8 minn fuq. Huma fetħu t-tieni perjodu bi trippla oħra ta’ Saviour Bonnici imma Suns wieġbu b’run ta’ 16-2 li għalquha bi trippli ta’ Hubert Agius u Barberi biex ħadu l-vantaġġ 28-25. Starlites reġgħu marru 3 minn fuq 31-28 pero’ kien hemm trippla oħra ta’ Barberi għal parita 31-31 fil-mistrieħ.

Fit-tielet sessjoni kien hemm bilanċ għal ħin twil u l-ebda team ma rnexxielhu jieħu xi vantaġġ sostanzjali. Wara li Bonnici ta’ vantaġġ ta’ 3 punti lil Starlites bi trippla pero’ l-aħħar punti ġew minn Agius għas-Suns biex ħadu vantaġġ ta’ żewġ punti 48-46. Il-bidu tal-aħħar sessjoni kien deċisiv għal Suns b’run ta’ 8-0

Bell Net SN Suns: J. Farrugia 3, R. Camilleri 1, H. Agius 17, M. Barberi 22, I. Marjanovic 18, R. Mercieca, R. Camilleri 7, K. Caruana.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 2, I. Riolo 3, R. Bonnici 10, D. Sultana, A. Portelli 9, F. Bartolo 5, R. Loporto 17, S. Bonnici 7, A. Cutajar, C. Doublet.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Floriana Eurobasket Peugeot 61

Mtarfa Miscela D’oro 43

(15-14)(13-7)(20-11)(13-1)

Floriana Eurobasket Peugeot għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal- kampjonat meta għelbu lit-team ta’ qiegħ il- klassifika 61-43 . Il- Furjanizi kienu minghajr Richards Polis u Neville Mercieca. Wara li Mtarfa għamlu l-ewwel basket, Floriana marru fuq quddiem bi trippla ta Steve Sammut. Il-vantaġġ inbidel kontinwament hekk kif Mtarfa wieġbu għal baskets ta’ Floriana li temmew  is-sessjoni punt minn fuq 15-14. Fit-tieni perjodu Mtarfa reġgħu ħadu vantagg ghal tlett darbiet. Pero lejn tmiem is- sessjoni dahal fix- xena Chris Sammut li b’run personali ta’ 9-1 poġġa lil Floriana 28-21 minn fuq fil-halftime.

Wara l- mistrieħ, minkejja li Mtarfa wieġbu għal punti kien Steve Sammut li għamel trippli għal leaders. Wara li David Agius wieġeb għal Imtarfa, Floriana għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 8-0 għal vantaġġ ta’ 48-32. Ir-raba’ perjodu fetaħ b’żewġ baskets oħra tal-aħwa Sammut qabel ma Mtarfa għamlu break ta’ 8-0. Pero’ Floriana wieġbu bi break ta’ 9-0 li għalquh bi trippla ta’ Adrian Pace biex rebħu l-partita 61-43 u fetħu vantaġġ ta’ 3 punti fuq Vida Siġġiewi.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi 2, O. Shamala 2, M. Ciantar 6, C. Sammut 13, A. Pace 5, I. Mercieca 9, B. Aquilina 6, S. Sammut 18, J. Tanti, S. Galea.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 6, J. Vassallo 13, D. Schembri 2, D. Angelov, K. Mifsud 2, K. Xuereb 3, G. Coleiro 9, D. Agius 8.

Referees:  Alfred Carbonaro, Clive Terribile

Athleta 70

Mellieħa Tritones 45

(14-9)(17-9)(14-14)(25-13)

Athleta żammew it- tieni post tal-klassifika ma’ Siġġiewi tlett punti taħt Floriana wara rebħa fuq Mellieħa 70-45. John Muscat u David Schembri kienu nieqsa għal Athleta u Mellieha kellhom jilgħabu minghajr Sassoun Saakian, Reuben Abela u Kenneth Genovese. Athleta kisbu l-ewwel vantaġġ ta’ 5-0 qabel ma’ Matthew Cauchi wieġeb bi trippla għal Mellieħa. Athleta għamlu run oħra ta’ 7-0 u temmew il-perjodu 14-9 minn fuq. It- tieni sessjoni kienet f’idejn Athleta li bdewha b’run ta’ 15-0 fosthom trippla ta’ Michael Giusti. Mellieħa għalqu s- sessjoni bi tlett trippli b’ Joshua Aquilina u Oliver Sammut biex fil-halftime Athleta kellhom vantaġġ ta’ 13-il punt 31-18.

Wara l- mistrieh  reġgħu kienu Athleta li għamlu break ta’5-0 imma Mellieħa wieġbu b’run ta’ 12-3 b’zewg trippli ta’ Michael Camilleri nies resqu sa 9 punti taħt l-avversarji 30-39. Punti konsekuttivi minn Roberto Formosa reġgħu taw vantaġġ ta’ 13-il punt lil Athleta fi tmiem il-perjodu 45-32. Iktar trippli minn Camilleri fil-ftuħ tar-raba’ sessjoni komplew iħallu lil Mellieħa viċin 41-51. Athleta għamlu run oħra ta’ 12-4 u hekk kif Mellieħa bdew jitilfu l-players bil-ħames foul, huma serrħu rashom mir-riżultat biex ħarġu rebbieħa 70-45.

Athleta: K. Cucciardi 5,  A. Baldacchino 6, S. Aquilina 13, M. Giusti 8, R. Formosa 29, M. Spiteri 4, I. Buldakov 5.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 10, E. Farrugia ,H. Fenech 2, O.Sammut 11, J. Aquilina 4, M. Camilleri 15, J. Sant 3,  P.Cauchi.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 11 10 1 21
Vida Siggiewi 11 7 4 18
Athleta 11 7 4 18
Starlites Ker Grill 11 6 5 17
Mellieha Tritones 11 5 6 16
Bell Net SN Suns 12 4 8 16
Mtarfa Miscela D’oro 11 0 11 11




Leave a comment