Athleta jaqbżu fit-tieni post

Wednesday, May 18, 2011, 11:47

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Athleta 63

Floriana Eurobasket Peugeot 41

(16-16)(15-14)(19-7)(13-4)

Suns vs Mtarfa

Suns vs Mtarfa

Athleta reġgħu għelbu lil Floriana Eurobasket Peugeot 63-41.  Floriana kienu mingħajr Steve Sammut sospiż i mingħajr Mark Ciantar. Athleta bdew bi trippli ta’ Mark Spiteri u Michael Giusti pero’ punti minn Chris Sammut poġġew lil Floriana fuq quddiem. Wara li Athleta għamlu break ta’ 8-0, kienu Floriana li għamlu l-aħħar sitt punti għal parita 16-16. Fit-tieni perjodu l-partita baqgħet bilanċjata u wara three pointer fuq kull naħa, Floriana ħadu vantaġġ żgħir ta’ 4 punti 28-24. Sat-tmiem Athleta reġgħu ħadu vantaġġ minimu ta’ punt wara break ta’ 8-2, 31-30.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm run deċisiva ta’ 12-0 minn Athleta fl-ewwel erba’ minuti b’żewġ trippli ta’ Giusti. Basket minn Ian Mercieca waqqaf din ir-run pero’ Athleta wieġbu bi trippla ta’ Buldakov. Minkejja li Adrian Pace għamel trippla għal Floriana, Athleta temmew is-sessjoni 50-37 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Athleta kabbru l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Giusti u bir-risposta ta’ Floriana ma tasalx, huma għalqu l-partita b’run oħra ta’ 9-0 u rebħu l-partita 63-41.       

Athleta: K. Cucciardi 10, D. Schembri 2, A. Baldacchino 2, S. Aquilina 7, J. Muscat 4, M. Giusti 17, M. Spiteri 5, I. Buldakov 14.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi 2, O. Shamala 4, C. Sammut 18, A. Pace 3, I. Mercieca 8, B. Aquilina, R. Polis 3, J. Tanti 3, S. Galea, N.Mercieca.

Referees:  Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Mellieha Tritones 60

Starlites Ker Grill 49

(13-14)(14-3)(19-13)(14-19)

Mellieħa kisbu l-ewwel rebħa fuq Starlites Ker Grill dan l-istaġun b’rebħa ta’ 60-49. Wara li Mellieħa ħadu vantaġġ ta’ 8-6, Starlites wieġbu bi trippli ta’ Robert Loporto u Ivan Riolo u marru 14-8 minn fuq. Mellieħa wieġbu b’basket ta’ Joshua Aquilina u trippla t’Oliver Sammut għal skor ta’ 13-14 fl-ewwel sessjoni. It-tieni perjodu kien f’idejn Mellieħa fejn wara li Starlites għamlu l-ewwel tlett punti, Mellieħa għamlu break ta’ 12-0 mibdi u konkluż bi trippli ta’ Sammut u fetħu vantaġġ t’10 punti 27-17.

Fit-tielet perjodu, Mellieħa komplew ikabbru l-vantaġġ b’run oħra ta’ 8-3 nkuża trippla rari ta’ Hilary Fenech. Starlites ma setgħux inaqqsu d-distakk għax kull darba li resqu viċin, Mellieħa bdew iwieġbu u kienu 16 minn fuq fi tmiem il-perjodu 46-30. Starlites ppruvaw l-aħħar sforz fil-bidu tar-raba’ sessjoni meta għamlu run ta’ 8-1 pero Michael Camilleri għamel trippla għal Mellieħa biex reġa’ tahom vantaġġ b’figuri doppji. Starlites waslu biss sa 10 punti ‘l bogħod 45-55 u Mellieħa baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem u rebħu l-partita 60-49.

Mellieha Tritones: J. Sant 1, M. Cauchi 7, S. Saakian 15, E. Farrugia, R. Abela, O. Sammut 15, J. Aquilina 16, M. Camilleri 3, P. Cauchi, H. Fenech 3.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 3,I. Riolo 10, R. Bonnici 13, D. Sultana 2, A. Portelli 10, F. Bartolo, R. Loporto 8, S. Bonnici 2, C. Doublet, S. Gouder 1.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri.

Mtarfa Miscela D’oro 45

Bell Net SN Suns 63

(10-23)(13-12)(10-14)(12-14)

Bell Net SN Suns komplew fit-triq tar-rebħ meta minkejja li kienu biss b’ħames players għelbu lil Mtarfa Miscela D’oro 63-45. Kienu Mtarfa li ħadu l-ewwel vantaġġ 4-1 pero’ Suns wieġbu b’run ta’ 15-2 u ħadu l-partita f’idejhom. Graham Coleiro beda jagħmel il-punti ta’ Mtarfa pero’ trippla ta’ Michael Barberi flimkien ma punti minn Hubert Agius raw lil Suns jiftħu vantaġġ ta’ 13-il punt 23-10. It-tieni sessjoni kienet bilanċjata ferm biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin tista tgħid kontinwament. Agius u Coleiro baqgħu jispikkaw għaż-żewġ timijiet biex Suns daħlu jistrieħu 12 minn fuq 35-23.

Suns fetħu t-tielet perjodu bi break ta’ 6-0 pero’ Mtarfa għamlu run ta’ 9-0 li fetħuha bi trippla ta’ Josef Attard u resqu sa 9 punti ‘l bogħod 32-41. Hawn Suns għamlu break ta’ 8-0 biex temmew is-sessjoni 49-33. Fl-aħħar perjodu Suns fetħu vantaġġ ta’ 19 –il punt 55-36 u huma setgħu jikkontrollaw sal-aħħar u ħarġu rebbieħa 63-45.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 8, J. Attard 3, D. Angelov 2, K. Mifsud 4, K. Xuereb, G. Coleiro 23, D. Agius 5.

Bell Net SN Suns: R. Camilleri 6, R. Agius 4, H. Agius 35, M. Barberi 15, R. Camilleri 3.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Vida Siġġiewi 28

Athleta 53

(6-12)(4-17)(13-16)(5-8)

Athleta komplew javvanzaw lejn it-tieni post tal-klassifika b’rebħa oħra din id-darba fuq Vida Siġġiewi 53-28. Siġġiewi kienu mingħajr Lee Grech, Petar Vulovic u Kris Farrugia fost l-oħrajn bil-coach Karl Borg jagħti ħafna spazju lil players żagħżagħ. Athleta kellhom l-aħjar bidu u għamlu break ta’ 10-0 pero Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Noel Falzon għal skor ta’ 6-12. It-tieni perjodu fetaħ b’basket ta’ Albert Borg għal Siġġiewi bl- Athleta jwieġbu b’run oħra ta’ 8-0 kollha minn Michael Giusti b’żewġ trippli. Wara li Clayton Agius għamel it-tieni basket ta’ Siġġiewi, reġgħu kienu Athleta li għamlu l-aħħar 9 punti b’Giusti jkompli jispikka u fetħu vantaġġ ta’ 19-il punt 29-10.

It-tielet sessjoni kienet iktar maqsuma bejn iż-żewġ timijiet. Kienu l- Athleta li għamlu run ta’ 9-1 biex kabbru l-vanbtaġġ 38-12. Hawn ġiet ir-risposta ta’ Siġġiewi bi break ta’ 9-2 nkluża trippla ta’ Agius biex naqqsu d-distakk 23-45. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu drastikament fejn Athleta għamlu l-ewwel erba’ u Siġġiewi jwieġbu b’basket ta’ Aryton Debattista. Fl-aħħar ħinijiet kien hemm żewġ baskets ta’ Karl Cucciardi għal Athleta li rebħu l-partita 58-23.

 

Vida Siġġiewi: JP. Antonic, C. Agius 13, J. Sant, A. Borg 4, N. Falzon 3, E. Vella, A. Debattista 2, G. Agius 4

Athleta: K. Cucciardi 10, D. Schembri, A. Baldacchino 8, S. Aquilina 7, J. Muscat 2, M. Giusti 22, I. Buldakov 4.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Athleta 46

Mtarfa Miscela D’oro 44

(7-7)(11-10)(14-13)(14-14)

Athleta kellhom jistennew sal-aħħar minuti biex evitaw telfa sorpriża kontra Mtarfa Miscela D’oro meta rebħu b’distakk ta’ basket 46-44. Athleta kienu għal darb’oħra mingħajr Mark Spiteri u anke Karl Cucciardi kien nieqes. L-ewwel sessjoni kienet nieqsa mill-punti. Athleta bdew bi trippla ta’ Michael Giusti. Mtarfa wieġbu b’basket ta’ David Cini pero’ Athleta marru 7-2 minn fuq. L-aħħar 5 punti kienu ta’ Mtarfa fosthom trippla ta’ Keith Mifsud għal parita 7-7. Fit-tieni sessjoni Mtarfa marru fuq quddiem għall-ewwel darba b’basket ta’ Graham Coleiro. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Ivan Buldakov fosthom trippla pero’ Mtarfa reġgħu ppareġjaw 13-13. Adrian Baldacchino għamel trippla għal Athleta biex daħlu jistrieħu punt minn fuq 18-17.

Il-partita baqgħet bilanċjata anke matul it-tielet sessjoni u wara li Mtarfa ħadu vantaġġ ta’ punt 23-22, Athleta wieġbu bil-punti ta’ Buldakov biex fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 31-25. David Agius għamel trippla għal Mtarfa biex fi tmiem is-sessjoni kienu biss basket minn taħt 30-32. Huma reġgħu ħadu l-vantaġġ mal-ftuħ tar-raba’ perjodu bi trippla ta’ Sean Baldacchino u sas-seba’ minuta kienu 40-37 minn fuq. Hawn waslet run ta’ 9-0 minn Athleta li tathom il-vantaġġ definittiv u minkejja li Mtarfa għamlu l-aħħar żewġ baskets, Athleta rebħu 46-44.

Athleta: D. Schembri, A. Baldacchino 11, S. Aquilina 11, J. Muscat 2, M. Giusti 14, I. Buldakov 8.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 15, J. Attard, D. Schembri 2, D. Angelov, K. Mifsud 5, K. Xuereb, D. Cini 4, G. Coleiro 8, D. Agius 10.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara.

Bell Net SN Suns 83

Mellieha Tritones 65

(20-18)(12-17)(24-22)(27-8)

Bell Net SN suns komplew telgħin fil-klassifika wara rebħa fuq Mellieħa Tritones 83-65. Il-partita kienet waħda movimentata u sabiħa u ġiet deċiża fl-aħħar sessjoni. Suns kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr Ervin Farrugia u Rueben Abela. Kienu Mellieħa li ħadu l-ewwel vantaġġ żgħir ta’ 3 punti 11-8 bi trippli ta’ Oliver Sammut. Suns wieġbu bil-baskets ta’ Igor Marjanovic u Michael Barberi pero’ trippla minn Sassoun Saakian ħalliet lil Mellieħa fuq quddiem qabel ma’ run ta 6-0 minn Suns rathom jieħdu vantaġġ ta’ basket fi tmiem is-sessjoni 20-18. Suns kabbru l-vantaġġ għal 6 punti pero’ Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Saakian flimkien ma’ Hilary Fenech biex baqgħu viċin. Wara li Suns reġgħi ħadu vantaġġ ta’ 6 punti 32-26, kienu Mellieħa li għamlu l-aħħar 9 punti tal-partita fosthom trippla ohra ta’ Sammut u daħlu jistrieħu 3 minn fuq 35-32.

Fit-tielet perjodu Mellieħa baqgħu jgawdu vantaġġ ta’ 4 punti qabel ma Suns għamlu break ta’ 10-0 biex marru fuq quddiem 45-39. Joshua Aquilina wieġeb għal Mellieħa u minkejja li Suns reġgħu marru fuq quddiem, reġa kien Sammut li bi trippla għalaq il-perjodu b’ Mellieħa punt minn fuq 56-57. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet baqgħu viċin ta’ xulxin bil-Mellieħa jibqgħu minn fuq 64-60. Hawn pero’ ġie fouled out Saakian u Suns approfittaw b’run deċisiva ta’ 14-0 b’diversi punti minn Marjanovic u Hubert Agius. Huma fetħu vantaġġ ta’ 10 punti u kkonsolidawh b’run ohra ta’ 9-0 lejn it-tmiem biex rebħu l-partita 83-65.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia 7, R. Camilleri 13, R. Agius, H. Agius 18, M. Barberi 17, I. Marjanovic 19, R. Mercieca 2, R. Camilleri 3.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 2, S. Saakian 23, H. Fenech 3, O. Sammut 18, J. Aquilina 15, M. Camilleri 4, J. Sant, P. Cauchi,.

Referees: Alfred Carbonaro, Gordon Barbara.

Floriana Eurobasket Peugeot 69

Vida Siġġiewi 59

(17-12)(14-17)(15-17)(23-13)

Ic-champions il-ġodda Floriana Eurobasket Peugeot iltaqgħu kontra l-ex champions Vida Siġġiewi f’din il-partita u kienu Floriana li finalment ħarġu rebbieħa 69-59. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players neqsin fejn ghal Floriana kienu nieqsa Adrian Pace, Mark Ciantar u Steve Sammut u Siġġiewi kienu mingħajr Albert Borg, JP Antoncic u Lee Grech fost l-oħrajn. Bħal ta’ qabilha, anke din il-partita kienet interessanti u kien biss fl-aħħar minuti li Floriana aċċertaw mir-riżultat. Huma ħadu l-ewwel vantaġġ meta bi trippla ta’ Ian Mercieca, li aktar tard kellhu jieqaf ħesrem b’injury fl-għaksa, marru 9-2 minn fuq. Noel Falzon wieġeb għal Siġġiewi wkoll bi trippla pero’ għal Floriana waslu l-punti ta’ Rihard Polis u Chris Sammut. L-ewwel sessjoni għalqet bil-Furjaniżi fuq quddiem 17-12 wara li Clayton Agius għamel trippla għal Siġġiewi. Fit-tieni perjodu Siġġiewi marru għall-ewwel darba minn fuq wara basket minn Petar Vulovic u trippla ta’ Eman Vella. Siġġiewi żammew dan il-vantaġġ kważi tul is-sessjoni kollha biss lejn it-tmiem run personali ta’ 7-0 minn Sammut tat vantaġġ ta’ basket lil Floriana 31-29 fil-halftime.

Fit-tielet sessjoni l-partita baqgħet bilanċjata ferm u l-ebda team ma rnexxielhu jieħu xi vantaġġ sostanzjali. Floriana kellhom diversi three pointers pero’ Siġġiewi bdew jirrispondu tajjeb u f’nofs is-sessjoni kien hemm parita 40-40. Sat-tmiem saru 6 punti fuq kull naħa inkluża trippla ta’ Falzon għal Siġġiewi biex l-aħħar sessjoni bdiet 46-46. Siġġiewi għamlu l-ewwel sitt punti pero’ Floriana ġew lura bi trippla oħra ta’ Sammut u naqqsu d-distakk 51-54. Hawn waslet run sabiħa ta’ 12-0 minn Floriana fosthom trippli ta’ Neville Mercieca u Joe Tanti biex ħadu vantaġġ li mbagħad setgħu jikkontrollaw sat-tmiem għal skor finali ta’ 69-59.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi 5, O. Shamala 2, C. Sammut 32, I. Mercieca 7, B. Aquilina, R. Polis 9, J. Tanti 5, N.Mercieca 9, S. Galea.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 23, E. Vella 3, C. Agius 12, N. Falzon 9, A. Debattista, K. Farrugia 10, G. Agius 2.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 16 14 2 30
Athleta 16 10 6 26
Vida Siggiewi 17 9 8 26
Starlites Ker Grill 16 9 7 25
Bell Net SN Suns 17 8 9 25
Mellieha Tritones 16 7 9 23
Mtarfa Miscela D’oro 16 0 16 16




Leave a comment